ZEBBUG ROVERS FOOTBALL CLUB

                          

INNU LIL ZEBBUG ROVERS FC CHAMPIONS GHAWDXIN

 Innu Miktub Minn Joe Bajada w Iddedikat

Lill-Kumitat, Coach,  Players u Supporters.

 

Listen Zebbug Rovers FC Anthem

 

 

Fl-ahhar sehhet il-holma taghna,

Lic-championship Zebbugi jkun,

Titlu misthoqq li tant jixirqilna,

Ahna konna l-aqwa ta’ l-istagun.

 

 

Zmien ta’ hena, gieh u glorja,

Maghqudin, ilkoll ahna Zebbugin,

Flimkien stinkajna biex irbahna,

Mar-Rovers taghna ferhanin.

 

 

B’vuci wahda, Viva r-Rovers,

Nkantaw ilkoll ahna flimkien,

B’iktar ghaqda, kuragg  u hidma,

Is-success jibqa ghal tul iz-zmien.

 

Sirna Champions Ghawdxin tal-ballun,

Misthoqq hafna dan il-kbir l-unur,

Ghax konna ahjar mill-avversarji,

Dan ghalina huwa l-isbah futur.

 

 

Forza ghalhekk Zebbug Rovers,

Kumitat u players kemm stinkaw,

Konna bl-ahjar attakk u difiza,

Issa bix-xieraq li niccelebraw.

 

 

Ir-rebha taghna issa waslet,

Bi grinta u qlubija bla tmiem,

Zebbug ismek ahna ghollejna,

Hekk nibqu naghmlu ‘l quddiem.

 

Joe Bajada