HARGA GHAL MALTA


       Nhar l-Erbgha 25 ta’ Marzu 2009 madwar 40 residenti Zebbugin marru ghal zjara f’Malta fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali. Il-programm kien wiehed vast hafna fejn it-tluq kien fis-6.45am mill-Pjazza l-Assunta. Matul it-triq saret waqfa qasira biex sar it-tberik tal-istatwa tal-Madonna hdejn il-Wied tas-Salve Regina . Dan it-tberik sar mill-W.R. Kan. Kant. Dun Carmelo Cini. Fis-7.30am il-grupp salpa lejn Malta fejn nofs siegha wara qabad il-coach fi triqtu lejn il-Parrocca ta’ Hal Balzan fl-okkazjoni tal-Festa dedikata lil Madonna tal-Lunzjata. Fid-9.00am saret quddiesa li kienet ikkoncelebrata mill-W.R. Kan. Kant. Dun Carmelo Cini fil-Knisja Parrokjali. Wara l-quddiesa, s-Sindku Carmelo Saliba pprezenta tifkira lil Kappillan ta’ Hal Balzan Dun Kalc Vassallo. Il-Kappillan fir-risposta tieghu qal li zmien ilu huwa kien jigi z-Zebbug fi zmien il-kacca ghax dan kien wiehed mid-delizzji tieghu. Kull minn kien prezenti ammira hafna l-Istatwa artistika ta’ Marija Annunzjata, xoghol fl-injam minn Mastru Salvatore Dimech li saret fl-1868 li kienet esposta fil-knisja ghal qima tad-devoti.

 

 

     Wara l-grupp telaq lejn il-Belt Valletta fejn hemm kien il-qofol ta’ din il-harga kulturali. Fl-10.15am saret zjara ta’ kortesija lill-E.T. President ta’ Malta Dr. Edward Fenech Adami bhala ringrazzjament ghaz-zjara ufficcjali tieghu f’April 2008 fiz-Zebbug, kif ukoll ghal dak li wettaq ghal pajjizna, kif ukoll bhala awguri ghal futur tieghu hekk kif fi ftit jiem wara huwa kien ser jispicca minn din il-kariga. Il-President laqa’ bil-ferha lil kontingent Zebbugi, fejn huwa rrisponda ghal messagg li ghamel is-Sindku Saliba. Wara l-istess Sindku pprezenta tifkira ta’ din iz-zjara, fil-waqt li l-Vici Sindku Joe Bajada pprezentalu d-DVD tal-okkazjoni tal-jumejn li kien zar l-President flimkien mas-Sinjura tuieghu fiz-Zebbug u Marsalforn. Il-Kunsillier Harry Debono pprezentalu ritratt tal-istess okkazjoni. Wara ttiehed ritratt tal-okkazjoni fejn kien anke prezenti l-ex-Sindku Michael Cefai.

Zjara ohra saret lil Mr. Speaker Dr. Louis Galea fil-bini tal-Parlament fejn hawn ukoll sar messaggi reciproci mis-Sindku Carmelo Saliba u minn Mr. Speaker. Dr. Galea kien ukoll prezentat tifkira tal-okkazjoni ta’ din iz-zjara. Iktar qabel is-Sur Charles Farrugia, Officer in charge tal-Minor Staff tal-Parlament, ta spjegazzjoni mill-iktar dettaljata dwar kif jahdem il-Parlament Malti waqt li l-grupp Zebbugi kien jinsab fl-istrangers gallery.

 

 

 

Wara l-grupp kellu hin ta’ mistrieh fil-Belt Valletta . Fl-2.00pm il-grupp zar il-grotta ta’ San Pawl fir-Rabat Malta , kif ukoll saret zjara lil Belt l-Antika tal-Mdina. Il-grupp imbaghad irritorna sodisfat b’dak kollu li zar mal-vapur tal-3.45pm.