ZEBBUG LOCAL COUNCIL

MINUTI tas-Seduta Nru.  06/04/2004

 

Iltaqa’ fil-Bini tal-Kunsill Lokali Zebbug

 

Data: L-Erbgha, 20 t’ Ottubru 2004

 

Hin: Fl-4.00 ta’ fil-ghaxija

 

Prezenti ghall-laqgha:-

 

§        Is-Sur Carmelo Saliba - Sindku

§        Is-Sur Joseph Bajada – Vici Sindku

§        Is-Sur Emanuel Bezzina - Kunsillier

§        Is-Sur Joseph Camilleri – Kunsillier

§        Is-Sur Harry Debono - Kunsillier

§        Is-Sinjorina Diane Vella – Segretarja Ezekuttiva

 

Ippresieda l-laqgha s-Sindku s-Sur Carmelo Saliba.

 

Intqalet talba mis-Sindku u nghata bidu ghall-laqgha.

 

minuti

 

Billi l-minuti tas-seduta b’ nru. 05/04/2004 gew cirkulati minn qabel, dawn gew meqjusa bhala moqrija.

 

Is-Segretarja staqsiet kienx hemm korrezzjonijiet ghal dawn il-minuti.

 

Dwar it-talba li kellu biex jitwahhal bank fi Triq is-Sellum, is-Sindku qal li hu kien qal ukoll li lil din il-persuna kien qalha li fl-opinjoni tieghu m’ ghandux jitwahhal bank billi hemm oggezzjoni minn xi residenti.

Dwar il-proposta li ressaq is-Sindku biex tinfetah triq gdida fl-inhawi tas-Sellum, is-Sur Saliba qal li din il-proposta kienet ta’ terzi persuni u mhux proposta tieghu.

Rigward din il-proposta, il-Vici Sindku qal li hu u l-Kunsilliera Camilleri u Debono kienu oggezzjonaw ghal din il-proposta. 

Ittiehdet nota ta’ dawn il-korrezzjonijiet fil-minuti.

 

Punti mqajjma mill-minuti

 

Is-Sindku u anke l-Kunsillier Bezzina qalu li huma wkoll ma jaqblux li ghandha tinfetah triq gdida fl-area tas-Sellum.

 

Il-Vici Sindku qal li hu cempel lis-Sindku ta’ Maletto biex jiccekkja mieghu f’ hiex waslu l-arrangamenti minn naha taghhom u s-Sindku De Luca nfurmah li l-Kunsill tieghu diga applika ghall-fondi mill-Unjoni Ewropeja biex ikun jista’ jitkompla l-gemellagg f’ Maletto.  Il-Vici Sindku qal li hu talab lis-Sindku De Luca biex jibghat kopja ta’ kull dokument li jintbaghat minn naha taghhom b’ konnessjoni mal-gemellagg.

 

Il-Kunsillier Camilleri kkummenta dwar il-kont tal-BCD Graphics Ltd. li gie approvat tal-cards tal-Vici Sindku.  Camilleri qal li hu ma jafx li dawn il-cards gew approvati mill-Kunsill biex isiru u dan ikkonfermatu wkoll is-Segretarja.  Hi qalet li kienet ikkunsidrat dawn il-cards bhala stationery normali.

 

Il-Kunsillier Camilleri rrefera ghall-intervent li ghamel Mario Vella dwar iz-zrar li ntafa’ fi Triq Ghajn Quccat.  Camilleri qal li hu ghandu informazzjoni li s-Sindku baghat lil Joe Cefai biex jirranga t-triq biz-zrar.  Is-Sindku cahad dan u sostna li mhux hu kien baghtu.  Il-Kunsillier Camilleri talab biex is-Segretarja allura ticcekkja ma’ Cefai min kien baghtu jaghmel ix-xoghol fi Triq Ghajn Quccat.

Il-Kunsill iddecieda li jibghat ittra lill-Ministru ghal Ghawdex fejn fiha jitlobha biex tordna biex jinbnew il-hitan imwaqqghin fi Triq Ghajn Quccat.

 

Approvazzjoni tal-minuti

 

Il-minuti gew approvati nem con u ffirmati.

 

Il-Kunsillier Harry Debono ta l-kondoljanzi lill-Vici Sindku Joe Bajada ghall-mewt tragika taz-zija tieghu.  Is-Sindku u l-Kunsilliera nghaqdu mas-Sur Debono fil-hsieb.  Il-Vici Sindku rringrazzja lill-Kunsill tal-hsieb.

 

Il-laqgha giet sospiza minhabba l-laqgha li kellha ssir mar-rapprezentanti tal-Gozo Sailing Club.

 

Fil-5.15 p.m. il-Kunsill kompla bil-laqgha.

 

Il-Kunsill approva li jisponsorja zewg trophies biex jinghataw lill-ahjar kompetituri Ghawdxin fil-windsurf u l-laser (dghajjes zghar) li se jiehdu sehem fil-kompetizzjonijiet nazzjonali tal-ibburdjar li se jsiru s-Sibt 6 u l-Hadd 7 ta’ Novembru fiz-zoni ta’ Marsalforn u tal-Qbajjar.

 

Is-Segretarja qalet li meta hi avvicinat lil George Saliba dwar il-proposta tal-Kunsill li jinnominah ghall-premju tal-Fondazzjoni OASI ‘iz-Zaghzugh tas-Sena 2004’, Saliba qalha li l-Kumitat Banda Santa Marija kien innominah sentejn ilu u wera x-xewqa li jaghti lok il-haddiehor.

 

Dwar il-lampa li l-Kunsill approva li titwahhal fi Triq Ghajn Mhelhel (quddiem il-bini tal-Corinthia), is-Segretarja qalet li hi talbet lill-Ing. Curmi stima biex titwahhal tali lampa.  Is-Segretarja qalet li l-Inginier Curmi ghamel l-istima u din intelghet mill-anqas Lm730.  Il-Kunsill iddecieda li l-quddiem jikkunsidra li jwahhal lampa fil-post.

 

korrispondenza

 

Sar il-qari ta’ din il-korrispondenza:-

 

Ittra mibghuta mid-Dipartiment ghall-Gvern Lokali dwar il-partecipazzjoni tas-Sindku fil-forum

li se jsir gewwa Parigi mill-25 sas-26 ta’ Novembru 2004.  Il-Kunsill approva l-hlas ta’ l-ispejjez tal-partecipazzjoni tas-Sindku f’ dan il-forum.

 

Ittra mibghuta mid-Dipartiment ghall-Gvern Lokali dwar il-laqgha li d-Direttur tad-Dipartiment bi hsiebu jaghmel mal-Kunsill.

 

E-mail mibghuta mis-Sindku Noel Formosa, Rapprezentant Regjonali fejn baghat kopja ta’ l-abbozz tat-tender tal-waste banks ghal skart separat.  Is-Segretarja qalet li hi attendiet ghall-laqgha li sejjah is-Sur Formosa u s-Sindki prezenti staqsew min se jiffinanzja dan il-kuntratt gdid.

 

Cirkulari mibghuta mill-Ufficcju tal-Kummissarju ghat-Tfal dwar il-kompetizzjoni tal-logo u fl-istess ittra, il-Kummissarju hegget lill-Kunsill biex jiccelebra l-Jum Dinji tat-Tfal.

 

Ittra mibghuta lis-Segretarja mill-Kunsillier Joseph Camilleri rigward certu decizjonijiet li qed jittiehdu fi hdan il-Kunsill.  Saret diskussjoni fit-tul dwar din il-korrispondenza.  Is-Sindku talab kopja ta’ din l-ittra.

 

Ittra mibghuta mill-Managing Director tal-Kumpanija Guard & Warden Service Hse dwar l-introduzzjoni ta’ l-ispeed cameras f’ Ghawdex.

 

Talba mill-Gozo Tourism Association biex jiltaqghu mas-Sindku biex mieghu jiddiskutu xi nuqqasijiet li jezistu fil-Bajja ta’ Marsalforn.  Gie deciz li s-Segretarja ghandha tinfurmahom bil-hinijiet tas-Sindku biex jisma’ l-ilmenti taghhom.

 

Cirkulari mibghuta mill-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura u l-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u Ambjent dwar il-kampanja ‘Clean Up the World 2004’.  Il-Kunsill ftiehem li decizjoni dwar il-partecipazzjoni tieghu fl-edizzjoni ta’ din is-sena tittiehed fil-laqgha tal-Kunsill li jmiss.

 

E-mail mibghuta mill-Kumitat Organizzattiv Kultura, Ministeru ghal Ghawdex dwar is-sehem ta’ Banda u Majorettes mis-Slovakkja fil-Karnival t’ Ghawdex 2005.

 

Komunikazzjoni mibghuta mill-Moviment Kerygma dwar il-Premju Zaghzugh tas-Sena 2004 b’ tifkira ta’ Rudolph Saliba.

 

Kopja ta’ petizzjoni mibghuta lill-MEPA minn residenti ta’ Diego Court, Triq Dun Karm Cachia u residenti ohra dwar id-decizjoni tal-Kunsill fil-konfront tal-belvedere li qed ikun propost ghal Triq is-Sellum u l-proposta li l-Kunsill kellu biex tinfetah triq gdida fl-area tas-Sellum.  Fuq proposta tas-Sindku, se tinghata kopja tal-petizzjoni lil kull Kunsillier.

 

Ittra mibghuta mid-Direttur tad-Dar Stella Maris fejn qed jilmenta dwar is-sewqan eccessiv minn tfal taht l-eta` fi Triq Mons. G. De Piro u t-tigrija taz-zwiemel fil-festa b’ referenza ghall-hmieg taz-zwiemel li jkun hemm fi Triq Fra Baskal u Triq Mons. G. De Piro.  Il-Kunsill iddecieda li jibghat kopja ta’ l-ittra lis-Supritendent tal-Pulizija.

 

Ittra mibghuta mir-Rettur tal-Knisja ta’ Marsalforn fejn semma diversi punti – il-fanali ta’ quddiem il-Knisja, it-tizjin tas-sigra fi zmien il-Milied, possibbilita` ta’ spotlight ghal fuq il-kwadrett tal-arlogg tal-kampnar tal-Knisja, possibbilita` ta’ reserved parking ghall-qassisin quddiem il-Knisja u z-zewg konki li hemm il-Menqa.  Dwar il-propost spotlight, il-Kunsill iddecieda li jqabbad lill-Ing. Curmi biex jara x’ wiring hemm u jaghmel stima biex jitwahhal spotlight gdid.

 

Cirkulari mibghuta mill-Federation of European Carnival Cities – Malta rigward is-shubija tal-Kunsill fil-fergha Maltija ta’ l-FECC.

 

Ittra mibghuta minn Adelaide Cini fejn qed tilmenta dwar ir-road hump li hemm magenb iz-zuntier tal-Knisja – Zebbug.

 

Sejha ghal l-offerti

 

PROVISTA TA’ COLD ASPHALT

 

Is-Segretarja qalet li ntefghet offerta wahda biss ghall-Kuntratt tal-provista tal-cold asphalt.  Hi qalet li din l-offerta giet mitfugha minn Road Construction Co. Ltd u l-prezzijiet ta’ l-offerta huma:-

 

          Provista ta’ tunellata cold asphalt (bit-trasport)                Lm18.00

          Provista ta’ tunellata cold asphalt (minghajr it-trasport)     Lm23.50.

 

Is-Segretarja qalet li hi avvicinat lil Victor Hili tar-Road Construction u staqsitu dwar il-prezzijiet li kkwotaw fl-offerta taghhom.  Hili spjega lis-Segretarja li dan kien zball minn naha taghhom.

Il-Kunsill iddecieda li jitlob lil ta’ Road Construction kjarifika bil-miktub ta’ dan.

 

Is-Sindku f’ isem il-Kunsill ipprezenta inkwatru tal-fidda lill-Vici Sindku, is-Sur Joe Bajada bhala tifkira fl-okkazjoni ta’ gheluq il-hamsa u ghoxrin sena li ilu jahdem fil-qasam tal-gurnalizmu sportiv.  Il-Vici Sindku rringrazzja lill-Kunsill.

 

Il-Kunsill approva x-xiri ta’ sitt cards tal-mobile phones ta’ Lm10 il-wahda.  Il-Kunsill unanimament iddecieda li dawn il-cards jinxtraw kull xahrejn.

 

Il-Kunsill ftiehem li jistieden lill-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuga ghall-laqgha mieghu.  Isir riceviment – jiehdu hsieb ta’ Cordina Confectionery u tinghata tifkira lil kull Kunsillier.

 

Il-Kunsill qabel li jaghmel sejha pubblika ghal l-offerti ghall-Kuntratti tal-Contracts Managers – id-dokumenti ta’ l-offerti jinbieghu Lm30 tal-Perit u l-ohra Lm10.

 

Approvazzjoni tal-kontijiet

 

Dawn il-pagamenti gew approvata:-

 

Kotba ghall-librerija (Bookends)                                                           Lm100.01

Hlasijiet b’ konnessjoni mad-Data Protection Act 2004-2005

(Ufficcju tad-Data Protection)                                                                        Lm5.00

Kera u konsum tad-dawl u ta’ l-ilma (Water Services Corporation)                 Lm53.13

Kera tal-linji tat-telefons u konsum (Maltacom plc)                                         Lm86.04

Diversi xoghlijiet (Joseph Cefai)                                                          Lm354.00

Bricks ghal ilqugh fi Triq Ghajn Mhelhel u iehor fi  

Triq Tal-Konti (JCR)                                                                                    Lm100.47

Parts ghall-floor lamps tal-Promenade tal-Qbajjar (Francis Caruana Ltd)        Lm25.80

Provista ta’ cold asphalt tax-xahar ta’ Settembru

(Gatt Tarmac Ltd)                                                                                        Lm263.00

Spejjez ta’ l-ufficcju (Office Equipment)                                                        Lm8.20

Spejjez ta’ l-ufficcju (Office Needs)                                                              Lm72.42

Ritratti – Cerimonja tal-Gurament tal-Hatra

(Dipartiment ta’ l-Informazzjoni)                                                                   Lm3.60

Reklam fuq il-Gazzetta tal-Gvern (Offerta ZGLC 06/04-05)

(Dipartiment ta’ l-Informazzjoni)                                                                   Lm5.31

Tindif tal-bini tal-Kunsill – Settembru 2004

(Salvina Bajada)                                                                                           Lm9.75

Skema ta’ sahha ghall-Kunsillieri (Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali)                Lm102.50

Twahhil ta’ isolators (kwantita` 107) u tiswija ta’ diversi lampi

(Richard Cauchi)                                                                                          Lm2,188.62

Contract Manager fee – Settembru 2004

(Galea Curmi Engineering Consultants)                                                         Lm41.18

Ipprocessar ta’ l-applikazzjoni ghal twahhil ta’ lampa gdida fi Triq

Ghajn Mhelhel (Galea Curmi Engineering Consultants)                                   Lm11.80

Ipprocessar ta’ l-applikazzjoni ghal twahhil ta’ lampa gdida fi Triq

il-Madonna tac-Cicri (Galea Curmi Engineering Consultants)                          Lm11.80

Tindif u zamma tal-latrina pubblika taz-Zebbug – Awissu ‘04

(Fortunato Mifsud)                                                                                                Lm38.00

Tindif u zamma tal-latrina pubblika taz-Zebbug – Settembru ‘04

(Fortunato Mifsud)                                                                                                Lm72.05

Gbir ta’ skart domestiku u tbattil u tindif ta’ l-iskips – Settembru 2004           

(Louis Attard)                                                                                              Lm1,810.27

Tindif u zamma tal-playing field u l-promenade tal-Qbajjar – 01-15/09/04

(Anthony Said)                                                                                            Lm253.35

Tindif u zamma tal-playing field u l-promenade tal-Qbajjar – 16-30/09/04

inkluz ix-xoghol li ghamel extra (Joseph Magro)                                            Lm206.92

Qtugh ta’ haxix u tindif ta’ toroq mhux urbana

(Kumitat Zebbug Rovers F.C.)                                                                      Lm2,283.23

Tindif u zamma tas-soft areas - April – Gunju 2004

(Dipartiment ta’ l-Agrikoltura)                                                                       Lm131.39

Contracts Manager fee – Awissu 2004

(Fortunato Farrugia)                                                                                     Lm110.59

Cancellation fee – dawra fuq il-Gozo Princess 04/09/2004

(Xlendi Pleasure Cruises Ltd)                                                                       Lm20.00

Ikliet - iz-zjara tas-Sindku ta’ Maletto 19-23/08/2004 (Marlene D)                   Lm210.00

Sdieri u triehi – salut f’ nhar il-festa (Diane Camilleri)                                     Lm130.25

Servizzi ta’ PA System ghal diversi attivitajiet (Ronnie Dimech)            Lm50.00

Skratacc – salut f’ nhar il-festa (Zebbug Petshop)                                          Lm8.00

Servizz mill-Banda Santa Marija 05/09/2004

(Kumitat Banda Santa Marija)                                                                       Lm100.00

Kuruna tal-ward – ghal Jum il-Vitorja (Roses)                                                Lm5.00

Tiswija tal-kanuni ta’ fuq iz-zuntier (AM – W)                                               Lm29.50

Updating tal-Website tal-Kunsill (P & C Cassar)                                           Lm120.00

Servizz ta’ ambulanza - Tigrijiet taz-zwiemel 21/08/2004                                

(Malta Red Cross Society)                                                                           Lm35.00

Ilma (Ta’ Dirjanu Bottle Shop)                                                                      Lm7.98

Bank ghal Triq il-Ponta (Tony Vella Garage)                                        Lm62.54

Inkwatru tal-fidda (Vassallo Jewellery)                                                 Lm22.00

 

Il-Kunsillier Joseph Camilleri qal li mart il-kuntrattur Fortunato Mifsud avvicinat lil ibnu, lil Sammy Camilleri u qaltlu ghid lil missierek biex dwar il-fatt tat-toilet paper fil-latrina taz-Zebbug ihallina bi kwietna.  Is-Sur Camilleri qal li kemm il-darba se jara li fil-latrina ma jkunx hemm toilet paper, hu se jkompli jirrappurtahom mas-Segretarja.

 

Il-Kunsillier Camilleri qal li l-bibien tat-toilets ta’ l-irgiel huma maghluqin.  Is-Segretarja qalet li dawn il-bibien kien fihom xi hsara u hi diga kellmet lil Ganni Cini (ta’ l-aluminium).

 

Il-kontijiet b’ nru. 677 u 678 ta’ Gatt Construction Ltd gew rifjutata minhabba xoghol hazin.

 

Il-laqgha ntemmet fis-7.15 ta’ fil-ghaxija.  Il-Kunsill Lokali aggorna l-laqgha ghal nhar it-Tlieta, 2 ta’ Novembru 2004 fit-3.00 ta’ wara nofs-in-nhar.

 

 

 

 

 

Carmelo Saliba                                                             Diane Vella

Sindku                                                                           Segretarja Ezekuttiva