ZEBBUG LOCAL COUNCIL
MINUTI tas-Seduta Nru. 04a/04/2004
Iltaqa’ fil-Bini tal-Kunsill Lokali Zebbug
Data: It-Tnejn, 6 ta’ Settembru, 2004
Hin: Fl-4.30 ta’ fil-ghaxija
Prezenti ghall-laqgha:-
§ Is-Sur Carmelo Saliba - Sindku
§ Is-Sur Emanuel Bezzina - Kunsillier
§ Is-Sur Joseph Camilleri – Kunsillier
§ Is-Sur Harry Debono - Kunsillier
§ Is-Sinjorina Diane Vella – Segretarja Ezekuttiva
Il-Vici Sindku, is-Sur Joe Bajada kien skuzat.
Ippresieda l-laqgha s-Sindku s-Sur Carmelo Saliba.
Intqalet talba mis-Sindku u nghata bidu ghall-laqgha.
Il-Kunsill approva x-xiri tal-video cassette tal-programm li xxandar fuq Net TV u li fih deher il-Kunsillier Harry Debono.
Il-Kunsillier Camilleri qal li jixtieq jikkummenta dwar iz-zjara tal-Kunsill Lokali f’ Maletto. Is-Sur Camilleri qal li meta s-Sindku cempillu w infurmah bl-istedina, hu oppona minhabba l-qaghda finanzjarja tal-Kunsill.
Il-Kunsillier Debono qal li hu wkoll se jopponi ghal din iz-zjara minhabba li meta kien hawn is-Sindku tal-Comune ta’ Maletto, hu ma kienx qed ikun infurmat b’ dak li kien ghaddej. Debono qal li hu sar jaf li kien hawn is-Sindku, meta ltaqa’ mal-Vici Sindku, is-Sur J. Bajada Marsalforn. Debono zied ighid li hu hassu li gie injorat.
Is-Sindku qal li hu mar ifittxu d-dar biex jinfurmah izda ma kienx hemm. Is-Sur Saliba qal li hu halla risposta ma’ huh. Is-Sindku qal li hi tal-misthija li fi tlett snin, dan il-gemellagg ghadu ma sarx. Debono qal li dan in-nuqqas zgur ma kienx tort tal-Kunsill Lokali Zebbug.
Il-Kunsillier Camilleri kkwota lill-Ministru tal-Gustizzja u Intern fejn f’ laqgha f’ Bormla, l-Onor. Ministru qal li hemm bzonn li l-finanzi tal-Kunsill jigu kkontrollati.
Is-Sindku qal li hu jhoss li ma naqas il-hadd.
Dwar iz-zjara tas-Sindku ta’ Maletto, Camilleri reggha staqsa kif gew erbgha meta gew mistiedna tnejn?
Is-Sindku qal li jekk saru xi zbalji, jghidulu fejn biex jekk hemm bzonn jaghmel apologija.
Dwar l-isparatura, is-Sindku qal li hu avvicina xi nies meta nghalqet il-kitba u ra li ma ngabarx il-grupp.
Il-Kunsillier Camilleri ssuggerixxa li jintbaghat f’ kull dar, rendikont tal-flus li ntefqu fuq l-attivitajiet tal-festa ta’ Santa Marija.
Is-Sindku qal li l-Arcipriet ghan-nom tieghu cempel lis-Sindku ta’ Maletto u nfurmah li l-Kunsill ma kienx sejjer Maletto ghall-festa. Is-Sindku zied ighid li s-Sindku ta’ Maletto talbu biex sa nofs Jannar tas-sena d-diehla, jghaddilu l-ismijiet tan-nies li se jitilghu Maletto f’ Gunju li gej. Is-Sur De Luca nfurmah li hemm erbghin kamra li jistghu jimtlew. Is-Sindku staqsa jekk ghandniex inkomplu jew le.
Is-Sindku staqsa jekk ghandux ikompli jikkomunika mas-Sindku ta’ Maletto bit-telefon jew minflok imur Maletto. Il-Kunsillier Debono qal li l-Kunsill jista’ jibghatu Maletto l’ quddiem.
Il-Kunsillier Camilleri qal li meta l-Kunsill ikollu konferma bil-miktub li jista’ jitla’ bin-nies, jibda bil-preparamenti.
Il-Kunsillier Debono qal li l-Kunsill, is-Segretarja u l-eks Kunsillier Michael Cefai ghandhom jitilghu b’ xejn.
Fuq proposta tas-Sindku, il-Kunsill approva li jisponsorja t-trasport biex tal-Museum jiehdu t-tfal il-bumping cars.
Il-Kunsill iddecieda li jigbor kwotazzjonijiet biex isiru tappieri tal-hadid ghal antarjoli tal-festa.
Inghata rendikont tad-dhul mill-kitba tal-bhejjem u l-infiq tat-tigrijiet tal-bhejjem li saru lejliet il-festa ta’ Santa Marija taz-Zebbug.
Il-kontijiet relatata maz-zjara tas-Sindku ta’ Maletto ma gewx approvata fuq oggezzjoni tal-Kunsillier Camilleri li qal li l-Kunsill stieden lis-Sindku u lill-mara tieghu biss u mhux lis-Sindku u tlett persuni ohra u peress li s-Sindku qal li dawn l-inviti wassalhom il-Vici Sindku.
Dwar il-kont ta’ John Cini ghal xoghol u materjal extra fuq it-tarag li jaghti ghall-latrina, is-Sindku ssuggerixxa biex dawn ix-xoghlijiet extra jigu mkejjla mill-Perit tal-Kunsill. Il-Kunsill qabel mal-proposta tas-Sindku.
Diversi xoghlijiet (Joseph Cefai) Lm418.00
Kera u konsum ta’ dawl u ilma 27.04 - 04.06.04
(Water Services Corporation) Lm38.69
Kera tal-linji tat-telefon u konsum (Maltacom plc) Lm175.88
Servizz tal-Wide Area Connectivity
Lulju - Settembru ’04 (MITTS Ltd) Lm205.01
Servizz ta’ ADSL 27.07 – 26.10.04 (Tabone Computer Centre) Lm35.40
Kera ta’ l-ufficcju tal-Kunsill f’ Marsalforn
(Dipartiment tal-Artijiet) Lm432.00
Provista ta’ gebel ghall-bini ta’ diversi hitan fl-ghelieqi
(Zammit & Cefai Co Ltd) Lm123.75
Provista ta’ cold asphalt (Gatt Tarmac Ltd) Lm107.08
Kiri ta’ romblu ghal xoghol ta’ traqqiegh f’ Marsalforn
(Road Construction Co Ltd) Lm12.39
Servizzi ta’ kurrier (Gozo Express Services) Lm15.34
Xoghol fuq it-tarag li jaghti ghall-latrina – kisi u tqieghed ta’ madum
(John Cini) Lm495.00
Bukkett fjuri (Il-Gardina) Lm15.00
Servizz mill-Banda Santa Marija 18.08.2004
(Kumitat Banda Santa Marija) Lm400.00
Tifkiriet ghall-partecipanti ta’ l-isparatura (Horace Enterprises Ltd) Lm96.00
Spejjez relatata ma’ l-afternoon tea li sar ghall-anzjani 16.08.2004
(Francis Saliba) Lm100.00
2 minibuses – attivita` tat-tfal 10.08.2004 (Felix Cini) Lm12.00
Gelati - attivita` tat-tfal 10.08.2004 (Maurice Pace) Lm24.00
Trofej - tigrijiet tal-bhejjem 21.08.2004 (Horace Enterprises Ltd) Lm640.00
Servizz moghti mill-Pulizija – tigrijiet tal-bhejjem 21.08.2004
(Dipartiment tal-Pulizija) Lm195.60
Xorb - tigrijiet tal-bhejjem 21.08.2004 (Ta’ Dirjanu Bottle Shop) Lm28.92
Tifkiriet lill-plejers taz-Zebbug Rovers F.C. (Horace Enterprises Ltd) Lm162.00
86 Kotba ta’ l-ircevuti tal-Kunsill (B.C.D. Graphics Ltd) Lm91.33
Letter heads tal-Kunsill (B.C.D. Graphics Ltd) Lm118.00
Bukketti tal-fjuri (Ta’ Gerit Pet Shop) Lm14.00
Tapit u 4 bins ghall-latrina taz-Zebbug (John Zammit) Lm15.80
25% Depozitu fuq il-Pubblikazzjoni ‘Awtonomija f’Ghawdex’
(Fr Joseph Bezzina) Lm35.05
Librara: servizzi t’ Awissu 2004 (Joanne Grima) Lm10.18
Tindif tal-bini tal-Kunsill – Awissu 2004 (Salvina Bajada) Lm6.38
Tindif u zamma tal-playing field u l-promenade tal-Qbajjar – Awissu 2004
(Anthony Said) Lm406.88
Contract Manager fee – Lulju 2004
(Galea Curmi Engineering Consultants) Lm41.18
Ipprocessar ta’ l-applikazzjoni ghal twahhil ta’ lampa gdida
fi Triq il-Qbajjar (Galea Curmi Engineering Consultants) Lm11.80
Tabella tal-latrina pubblika taz-Zebbug (Mr Signs) Lm16.00
Tabelli tat-traffiku (Koperattiva Tabelli u Sinjali) Lm248.84
Il-laqgha ntemmet fis-7.30 ta’ fil-ghaxija. Il-Kunsill Lokali ftiehem li laqgha ohra tinzamm nhar it-Tlieta, 28 ta’ Settembru 2004 fl-4.30 ta’ fil-ghaxija.
Carmelo Saliba Diane Vella
Sindku Segretarja Ezekuttiva