ZEBBUG LOCAL COUNCIL

MINUTI tas-Seduta Nru.  04/04/2004

 

Iltaqa’ fil-Bini tal-Kunsill Lokali Zebbug

 

Data: It-Tlieta, 31 t’ Awissu, 2004

 

Hin: Fl-4.30 ta’ fil-ghaxija

 

Prezenti ghall-laqgha:-

 

§        Is-Sur Carmelo Saliba - Sindku

§        Is-Sur Joseph Bajada – Vici Sindku

§        Is-Sur Emanuel Bezzina - Kunsillier

§        Is-Sur Joseph Camilleri - Kunsillier

§        Is-Sinjorina Diane Vella – Segretarja Ezekuttiva

 

Il-Kunsillier Harry Debono kien skuzat.

 

Ippresieda l-laqgha s-Sindku s-Sur Carmelo Saliba.

 

Intqalet talba mis-Sindku u nghata bidu ghall-laqgha.

 

Il-Kunsillier Joseph Camilleri rringrazzja lill-Kunsill tal-kondoljanzi u s-solidarjeta` li l-Kunsill wera fil-mewt ta’ l-ghaziz missieru Toni.  Is-Sindku reggha tenna l-kondoljanzi tieghu u tal-Kunsill.

 

 minuti

 

Billi l-minuti tas-seduta b’ nru. 03/04/2004 gew cirkulati minn qabel, dawn gew meqjusa bhala moqrija.

 

Is-Segretarja staqsiet kienx hemm korrezzjonijiet ghal dawn il-minuti.

 

Punti mqajjma mill-minuti

 

Il-Kunsillier Camilleri talab lis-Segretarja biex taqra partijiet mill-minuti minn ‘Programm mill-Kunsill Lokali b’ konnessjoni mal-Festa ta’ Santa Marija sa Gemellagg mal-Comune ta’ Maletto’. 

Il-Kunsillier Camilleri qal li hu jaqbel ma’ dak li qal il-Vici Sindku fil-konfront tat-tigrijiet taz-zwiemel u li ghandna nillimitaw l-ispejjez tat-tigrija.  Camilleri zied ighid li ghandu lmenti li t-tigrija qed naghmluha ghal sitta minn nies.  Is-Sur Camilleri ghamel dawn il-mistoqijiet lis-Sindku – kif fl-ebda laqgha tal-Kunsill ma ssemmewx ir-rigali li nghataw fil-pontifikal tal-festa?  kif gew erbgha mill-Comune ta’ Maletto ghall-festa ta’ Santa Marija meta fil-laqgha, il-Kunsill iddecieda li jistieden lis-Sindku u l-mara tieghu biss?  x’ inhi r-raguni li l-Unjoni Ewropeja m’ accettatx l-applikazzjoni ghall-fondi tal-Comune ta’ Maletto?.

 

Il-Kunsillier Camilleri ppropona u l-Kunsill approva li l-minuti tal-laqghat tal-Kunsill jibdew jingabu fuq il-website tal-Kunsill.

 

Approvazzjoni tal-minuti

 

Il-minuti gew approvati nem con u ffirmati.

 

korrispondenza

 

Sar il-qari ta’ din il-korrispondenza:-

 

Cirkulari mibghuta mid-Dipartiment ghall-Gvern Lokali dwar il-Car Free Day li se tkun organizzata fit-22 ta’ Settembru 2004 bhala parti mill-European Mobility Week.

 

Ittra mibghuta minn Joseph Cassar u ffirmata minn diversi residenti ta’ Triq Santa Marija fejn fiha talbu lill-Kunsill biex jaghmel sleeping policemen fi Triq Santa Marija.

Is-Sindku ssuggerixxa li tinbidel id-direzzjoni tas-sistema tal-one way ta’ Triq Santa Marija.  Is-Sindku zied ighid li bit-tibdil li qieghed jipproponi ghal one way, il-Kunsill ikun jista’ jikkunsidra li jittrasferixxi s-separating bins li hemm fit-tarf ta’ Triq Santa Marija ghal parking area li hemm magenb il-promenade tal-Qbajjar.

Gie maqbul li s-Sindku u l-Kunsillier Camilleri jmorru fuq il-post biex jidentifikaw site ghal sleeping policemen.

 

Ittra mibghuta mill-Gozo Bird Breeders Society dwar il-possibbilita` li tittella’ wirja ta’ l-ghasafar fit-12 ta’ Settembru jew fil-31 t’ Ottubru fiz-Zebbug.

 

Ittra ta’ ringrazzjament mibghuta mill-Fondazzjoni OASI ghal l-isponsor li l-Kunsill ta ghal kuncert Riflessi Sajfin 2004.

 

Ittra mibghuta mill-President ta’ l-Orkestra Nazzjonali dwar il-possibbilita` li jsiru kuncerti mill-Orkestra fiz-Zebbug.

 

Applikazzjonijiet ghal permess tal-Kunsill Lokali

 

Hotel Calypso

Biex jigu riservati hmistax-il parking space fil-Menqa ta’ M’forn

ghall-karozzi Ferrari s-Sibt 25 ta’ Settembru

bejn in-nofs siegha u t-tlieta ta’ wara nofs-in-nhar.                                Rifjutata (*).

 

(*)  is-Sindku astjena, il-Vici Sindku u l-Kunsillier Camilleri vvotaw kontra li jinghatalhom permess u l-Kunsillier Bezzina vvota favur.

 

Kor Fjur t’ Assisi – Kunvent tal-Kapuccini

Car Wash fil-parking ta’ Marsalforn

nhar il-Gimgha 3 ta’ Settembru.                                                           Approvata.

 

Young Talent Team

Attivita` biex jingabru fondi ghar-Razzett tal-Hbiberija

nhar is-Sibt 11 ta’ Settembru mis-7 sa l-10.30 ta’ fil-ghaxija

f’ Marsalforn.                                                                                     Approvata.

 

l-offerti tax-xiri ta’ proprjeta` fiz-zebbug mill-kunsill

 

Is-Segretarja qrat ittra li baghat il-Perit Scerri b’ konnessjoni mas-suggett fejn fiha talab kopja tal-permess tal-bini (il-permessi tal-MEPA) taz-zewg postijiet u xi informazzjoni ohra mill-offerti.  Is-Segretarja qalet li se tghaddilu l-informazzjoni u d-dokumenti li talab minnufih.

 

Sejha ghal l-offerti

 

TINDIF U MANUTENZJONI TA’ POSTIJIET TA’ RIKREAZZJONI U GONNA

 

Is-Segretarja tat rendikont tad-disa’ offerti li ntefghu ghall-Kuntratt tat-tindif u l-manutenzjoni ta’ postijiet ta’ rikreazzjoni u gonna.  Hija qalet li dawn l-offerti gew mitfugha minn, b’ valur ta’:-

 

          Isem l-Offerent                                 Il-Valur ta’ l-Offerta (kull sena)

 

          Vella Anthony                                    Lm7,883.75

          Debono Charlie                                  Lm4,882

          Said Anthony                                     Lm5,463

          Mintoff Emanuel                                 Lm5,730

          Cauchi Joseph                                    Lm6,669

          Caruana Paul                                      Lm8,602

          Spiteri Sammy                                    Lm5,907

          Cauchi Richard                                  Lm5,745

          Magro Joseph                                    Lm3,994.

 

Il-Kunsill evalwa d-dokumenti kollha ta’ l-offerti.  Is-Segretarja gibdet l-attenzjoni tal-Kunsill ghall-fatt li Joseph Magro, l-irhas offerent qieghed jitlob biss Lm25 biex jaghmel il-manutenzjoni (il-brixx u zewg passati zebgha) tar-railings tal-promenade tal-Qbajjar.  Joseph Magro li kien prezenti ghall-laqgha kkonferma l-prezzijiet tieghu.

 

Il-Kunsill ghazel l-offerta ta’ Joseph Magro.  L-offerta ta’ Magro kienet l-aktar wahda vantaggjuza.

 

Gieh lill-vici sindku joe bajada

(25 SENA FIL-QASAM TAL-GURNALIZMU SPORTIV)

 

Dan is-suggett ma giex diskuss.

 

ilmenti

 

Ilment 55/2004 – is-Sinjura Palmer

Talbet biex jinkesa bit-tarmak quddiem il-garaxxijiet ta’ Panorama Court fi Triq Ghajn Mhelhel.  Gie maqbul li jsir xoghol ta’ patching bil-cold asphalt quddiem l-imsemmija garaxxijiet.

 

Ilment 56/2004 – il-Kunsillier Emanuel Bezzina

Ghandu talba biex titwahhal lampa gdida vicin il-bini tal-Corinthia fi Triq Ghajn Mhelhel (quddiem l-entratura tat-tieni sqaq – minn isfel).  Il-Kunsill approva t-talba li gab il-Kunsillier Bezzina.

 

Ilment 57/2004 – Vitorja Zammit

Jinbena hajt t’ ghalqa li tinsab fl-area tal-Konti (il-hajt qieghed jizzaqqaq).  Gie deciz li ssir site inspection mis-Sindku.

 

Ilment 58/2004 – is-Sindku Carmelo Saliba

Ghandu talba biex il-parti ta’ gewwa ta’ l-isqaq li jaghti ghar-residenza ta’ Dolores Buttigieg fi Triq il-Ponta tinkesa bl-istenciled concrete u jsir gandott zghir ghall-ilma tax-xita fl-istess sqaq minhabba li qed jidholha kwantita` ta’ ilma tax-xita fir-residenza taghha.  Il-Kunsill approva li l-kumplament ta’ l-isqaq jinkesa bl-istenciled concrete.

Il-Kunsill iddecieda li s-Segretarja ghandha tkellem lil Nicky Saliba u tordnalu biex ix-xoghol tal-bankini li gie ordnat jaghmel ilestih sal-15 t’ Ottubru.

 

Ilment 59/2004 – Michael Saliba

Talab biex jinbena lqugh fi Triq tal-Konti, tinkesa bit-tarmak jew bil-konkos l-istess triq u jingabar trab u xi zibel iehor mill-istess triq.  Il-Kunsill approva li jinbena l-ilqugh.  Dwar it-trab u z-zibel li semma Saliba, is-Sindku se jmur fuq il-post jara x’ hemm.

 

Ilment 60/2004 – il-Kunsillier Joseph Camilleri

Talab biex:-

§        titwahhal tabella li turi ‘Cul-De-Sac’ fil-bidu tal-passagg maghruf bhala Ta’ Cikku.

§        issir it-tiswija tas-siment imkisser li hemm quddiem ir-residenza nru. 16 fi Triq il-Knisja.

§        titwahhal lampa gdida fil-kantuniera ta’ Camilleri Flats fi Triq il-Qolla l-Bajda.

It-talbiet kollha tal-Kunsillier Camilleri gew approvata.

 

Ilmenti u suggerimenti mill-Kunsillier Emanuel Bezzina

Issuggerixxa li:-

§        jsir xoghol ta’ patching bil-konkos fi Triq il-Wied (il-gewwa mill-car park).

§        jithawwlu sigar tal-palm fuq il-promenade ta’ Marsalforn minflok il-bruk.

§        jsir studju ta’ kif se tinghalaq Triq il-Port u ssir zona pedonali.

§        jinbena cint u jsir gate fejn jitpoggew id-dghajjes fil-Menqa ta’ Marsalforn.

§        jsir tapit tal-lastiku taht il-bandli li hemm fil-promenade tal-Qbajjar.

§        naghtu rikonoxximent lil min jaghti xi idea tajba dwar l-embellishment tal-lokal.

Il-Kunsill iddecieda li jitlob lil Anton Zarb stima tal-bollards.

 

Materja ohra

 

Il-Kunsill approva:-

 

§        t-tiswija u l-kostruzzjoni mill-gdid ta’ diversi bankini (minn applikazzjoni b’ nru. 285 sa applikazzjoni b’ nru. 295).

§        x-xiri ta’ Lm100 kotba ghall-librerija tal-lokal.

§        li l-mall li jintuza mid-divers fil-Menqa ta’ M’forn jinkesa bis-siment.

§        li titwahhal tabella li turi ‘Stop’ faccata tal-bring-in-site fi Triq il-Qbajjar.

§        fuq proposta tas-Sindku, li jitwahhal bank gdid fuq il-bankina tar-residenza nru. 11/12 ta’ Tarcisio Saliba fi Triq il-Ponta.

 

Is-Segretarja qalet li ghandha suggeriment minghand G. Sacco biex jitwahhlu bankijiet fejn sar pavimentar gdid fi Triq Ghar Qawqla.  Il-Kunsill iddecieda li l-proposta tista’ tigi kkunsidrata l-quddiem.

 

Is-Segretarja qalet li rceviet zewg kwotazzjonijiet biex jinzebghu l-bankijiet li hawn fiz-Zebbug, wahda ta’ Anthony Said fejn qieghed jitlob Lm6.95 ghal kull bank u ohra ta’ Paul Caruana li qieghed jitlob Lm11.50 ghal kull bank.  Il-Kunsill ghazel l-irhas offerta li kienet ta’ A. Said.

 

Il-Kunsillier Camilleri talab biex il-pagamenti ma nghadduhomx f’ din il-laqgha peress li kien hemm zewg Kunsilliera nieqsa fil-mument u talab biex il-Kunsill jaggorna.

 

Is-Sindku ppropona biex il-pagamenti nibdew nghadduhom fil-bidu tal-laqgha.

 

Il-laqgha ntemmet fit-8.00 ta’ fil-ghaxija.  Il-Kunsill Lokali aggorna l-laqgha ghal nhar it-Tnejn, 6 ta’ Settembru 2004 fl-4.30 ta’ fil-ghaxija.

 

 

 

 

 

Carmelo Saliba                                                             Diane Vella

Sindku                                                                           Segretarja Ezekuttiva