ZEBBUG LOCAL COUNCIL
MINUTI tas-Seduta Nru. 12/04/2005
Iltaqa’ fil-Bini tal-Kunsill Lokali Zebbug
Data: It-Tlieta, 15 ta’ Marzu 2005
Hin: Fil-4.45 ta’ fil-ghaxija
Prezenti ghall-laqgha:-
§ Is-Sur Carmelo Saliba – Sindku
§ Is-Sur Joseph Bajada – Vici Sindku
§ Is-Sur Emanuel Bezzina – Kunsillier
§ Is-Sur Joseph Camilleri – Kunsillier
§ Is-Sur Harry Debono – Kunsillier
§ Is-Sinjorina Diane Vella – Segretarja Ezekuttiva
Ippresieda l-laqgha s-Sindku s-Sur Carmelo Saliba.
Intqalet talba mis-Sindku u nghata bidu ghall-laqgha.
minuti
Billi l-minuti tal-laqgha b’ nru. 11/04/2005 gew cirkulati minn qabel, dawn gew meqjusa bhala moqrija.
Is-Segretarja staqsiet kienx hemm korrezzjonijiet ghal dawn il-minuti.
Is-Sindku qal li l-item tal-Korrispondenza, Ittra mibghuta mill-Arcipriet taz-Zebbug…….., ghandha ssir korrezzjoni ghaliha fis-sens li l-Kwadru Titulari tal-Knisja Parrokkjali taz-Zebbug gie nkurunat mill-Isqof t’ Ghawdex. Ittiehdet nota ta’ dan.
Is-Segretarja poggiet fuq il-mejda tal-Kamra l-kwotazzjonijiet li gie miftiehem li jintalbu lil tal-Lantern Guesthouse u ta’ l-Atlantis Hotel.
Il-Kunsillier Camilleri rrimarka li l-bicca l-kbira tat-toroq fiz-Zebbug qed jissemmew ghall-qaddisin u l-qassisin.
Il-minuti gew approvati nem con u ffirmati.
IL-FTEHIM TAL-POOLING
Is-Segretarja poggiet fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim tal-Pooling ta’ LES li flimkien mas-Sindku giet mitluba tiffirma. Is-Segretarja qrat il-klawsoli tal-Ftehim li jirreferu ghall-eghluq is-sena finanzjarja tal-Kumitat Kongunt. Il-Kunsill ma qabilx mal-klawsola li tghid jekk il-Kumitat Kongunt itemm sena finanzjarja bi zbilanc t’ aktar minn Lm6,500, tali differenza tkun finanzjata mill-Kunsilli Lokali membri fi proporzjon bejniethom skond il-fondi allokati mill-Gvern Centrali. Il-Kunsill sostna d-decizjoni li kien ha li jekk il-Kumitat Kongunt ikollu xi telf, dak it-telf ghandu jinqasam ugwalment bejn il-Kunsilli Lokali membri. Is-Sindku ghandu jinfurma lill-Kumitat Kongunt bid-decizjoni tal-Kunsill.
Komunikat minghand l-Information Technology Services Ltd dwar l-upgrade tas-Sage Programme. Il-Kunsill approva l-upgrade tas-Sage.
Komunikat minghand is-Sindku Noel Formosa, ir-Rapprezentant Regjonali dwar il-haddiema ta’ l-IPSL.
Korrispondenza mibghuta mill-Awtorita` dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar l-applikazzjonijiet ghal permess ta’ zvilupp bin-nri. 785/05 u 825/05.
Ittra mibghuta mill-Iskola Primarja taz-Zebbug dwar gita kulturali li l-iskola qed tippjana li torganizza f’ Ruma ghat-tfal u l-genituri taghhom. Il-Kunsill irrifjuta t-talba tal-Kunsill Skolastiku.
Ittra ta’ ringrazzjament mibghuta minn Mario Cassar ghall-isponsor li l-Kunsill tah ghall-wirja tieghu.
Ittra mibghuta mill-Otters Aquatic Sports Club dwar il-possibbilita` li jsir titjib fil-passagg li jaghti ghal xifer il-bahar. Is-Sindku qal li ghandna naraw xi spejjez hemm biex isiru t-turgien.
Dawn il-pagamenti gew approvata:-
Kera tal-linji tat-telefons u konsum (Maltacom plc) Lm67.31
Kera u konsum tad-dawl u ta’ l-ilma tal-latrina pubblika
taz-Zebbug 28/04-31/12/04
(Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma) Lm33.52
Kera u konsum tad-dawl u ta’ l-ilma 29/11-31/12/04
(Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma) Lm18.94
Xoghol bil-bobcat fi Triq Ghajn Quccat (Nicholas Agius) Lm150.00
Spejjez ta’ l-ufficcju (Quill) Lm76.42
6 pajpijiet ta’ l-ilma ghal Triq iz-Zebbug (Joseph Caruana Co Ltd) Lm36.00
Zebgha u pniezel (Joseph Caruana Co Ltd) Lm45.00
Zebgha u pniezel (Joseph Caruana Co Ltd) Lm49.00
20 vieg gebel - ghall-hajt t’ ghalqa ta’ Karmnu Cefai
(Louis Attard) Lm82.60
Tindif tal-bini tal-Kunsill – Frar 2005 (Salvina Bajada) Lm13.00
Librara: servizzi ta’ Frar 2005 (Joanne Grima) Lm16.63
Contract Manager fee – Frar 2005
(Galea Curmi Engineering Consultants) Lm41.18
Poloz tas-sigurta` 04/2005 - 03/2006 (Laferla Insurance Agency Ltd) Lm495.83
Tindif u zamma tal-latrina pubblika taz-Zebbug – Frar 2005
(Fortunato Mifsud) Lm72.05
Gbir ta’ skart domestiku u tbattil u tindif ta’ l-iskips – Frar 2005
(Louis Attard) Lm1,263.09
Tiswija ta’ lampi (Richard Cauchi) Lm146.24
Tiswija ta’ lampi (Richard Cauchi) Lm146.35
Kaxxa whisky (The Liqueur Shop) Lm75.00
Servizz ta’ minibus tat-tfal ta’ l-iskola primarja (Felix Cini) Lm15.00
Drinks ghal Christmas party tat-tfal (Saliba Stores) Lm26.00
2 tabelli li juru Triq id-Duluri (Mr Signs) Lm20.00
Tindif u zamma tal-playing field u l-promenade tal-Qbajjar -
Frar 2005 (Joseph Magro) Lm295.65
Il-Kunsill Lokali ddiskuta l-Performance Bonus Appraisal tas-Segretarja u l-Iskrivana ghas-sena li taghlaq fil-31 ta’ Marzu 2005. Il-Kunsill approva performance bonus ta’ 10 u 6 fil-mija fuq il-paga tas-Segretarja u l-Iskrivana rispettivament.
Is-Sindku qal li meta kellem lill-Perit Scerri dwar il-kont ta’ John Cini ghal xoghlijiet extra, il-Perit qallu li hu jistenna skont ta’ Lm40 fuq il-kont.
Gie maqbul li l-kont ta’ John Cini ghal xoghlijiet extra fuq it-tarag tal-latrina ghandu jinqasam skond ix-xoghlijiet li hu ghamel.
KISI TA’ TOROQ FIZ-ZEBBUG BIL-‘HOT ROLLED ASPHALT’
Is-Segretarja qrat ittra mibghuta minn Gatt Tarmac Ltd dwar it-talba tal-Kunsill Lokali ghal skont fuq l-offerta tat-tarmak.
Il-Kunsill accetta l-offerta ta’ Gatt Tarmac Ltd.
Il-Kunsill approva l-kisi bit-tarmak ta’ dawn it-toroq f’ Marsalforn:-
Triq id-Duluri
parti minn Triq il-Mungbell
Triq l-Isqof Pace.
Gie deciz li l-kuntrattur jinghata zmien sa l-ahhar t’ April.
ZAMMA U MANUTENZJONI TA’ TOROQ URBANA U TOROQ MHUX URBANA
Is-Segretarja qalet li nxtraw erba’ settijiet tad-dokumenti ta’ l-offerta u ntefghu zewg offerti ghal xoghlijiet ta’ zamma u manutenzjoni ta’ toroq urbana u toroq mhux urbana. Hija qalet li dawn l-offerti huma ta’ Joseph Cefai u Joseph Magro. Is-Segretarja qrat il-Bills of Quantities taz-zewg offerti. Il-Kunsill iddecieda li l-Perit jintalab jaghmel rapport dwar iz-zewg offerti mitfugha.
LAQGHA MAL-MINISTRU GHAL GHAWDEX
Issemmew diversi xoghlijiet u progetti li ghandhom jigu diskussa mal-Ministru ghal Ghawdex. Is-Segretarja ghandha tibghat agenda tal-laqgha lill-Ministru.
Hawn il-Kunsillier Bezzina pogga fuq il-mejda tal-Kamra proposta ta’ bini ta’ yacht marina fil-Qbajjar u wave breaker fil-Bajja ta’ Marsalforn. Il-Kunsill iddecieda li jghaddi l-proposta lill-Ministru ghal Ghawdex.
Saret diskussjoni fit-tul dwar il-programm t’ attivitajiet ghal Jum iz-Zebbug.
Il-Kunsill approva xoghol ta’ patching bil-cold asphalt fit-toroq minn fejn tghaddi l-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.
Il-laqgha ntemmet fit-8.00 ta’ fil-ghaxija. Il-Kunsill Lokali aggorna l-laqgha ghal nhar il-Gimgha, 18 ta’ Marzu 2005 fid-9.00 ta’ fil-ghodu.
Carmelo Saliba OLJ Diane Vella
Sindku Segretarja Ezekuttiva