ZEBBUG LOCAL COUNCIL

MINUTI tas-Seduta Nru.  01/04/2004

Iltaqa’ fil-Bini tal-Kunsill Lokali Zebbug

Data: It-Tlieta, 6 ta’ Lulju 2004

Hin: Fl-4.30 ta’ fil-ghaxija

Kunsillieri Prezenti:

·        Is-Sur Joseph Bajada

·        Is-Sur Emanuel Bezzina

·        Is-Sur Joseph Camilleri

·        Is-Sur Harry Debono

·        Is-Sur Carmelo Saliba

Segretarja Ezekuttiva: Is-Sinjorina Diane Vella

Ippresieda l-laqgha s-Sur Joseph Camilleri, l-aktar Kunsillier anzjan.

Il-Kunsillier Joseph Camilleri ta merhba lill-kollegi Kunsillieri tal-Kunsill Lokali l-gdid taz-

Zebbug.  Is-Sur Camilleri qal li ghall-grazzja t’ Alla, din hija t-tielet laqgha ta’ bidu ta’

legislatura li hu se jkun qed jippresiedi.  Huwa zied ighid li forsi mhux il-hamsa li ahna se

nohorgu kuntenti minn din il-laqgha.

Il-Kunsillier Camilleri qara l-Iskeda ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali li tirregola l-elezzjoni ta’ Sindku u Vici Sindku.

Elezzjoni ta’ Sindku

Nominazzjonijiet ghall-kariga ta’ Sindku

Il-Kunsillier Joseph Camilleri nnomina lill-Kunsillier Carmelo Saliba ghall-kariga ta’ Sindku.

Kandidat wiehed – Carmelo Saliba.

Saret elezzjoni mhux sigrieta ghall-hatra ta’ Sindku.

Ir-rizultat ta’ l-elezzjoni

Il-Kunsillier Carmelo Saliba kiseb hames voti (vot unanimu); Bajada, Bezzina, Camilleri, Debono u Saliba – ‘IVA’.

Ghalhekk, is-Sur Carmelo Saliba gie dikjarat elett bhala Sindku taz-Zebbug.  Is-Sur Saliba accetta l-kariga ta’ Sindku.

Elezzjoni ta’ vici sindku

Nominazzjonijiet ghall-kariga ta’ Vici Sindku

Il-Kunsillier Harry Debono nnomina lill-Kunsillier Joseph Bajada ghall-kariga ta’ Vici Sindku.

Kandidat wiehed – Joseph Bajada.

Saret elezzjoni mhux sigrieta ghall-hatra ta’ Vici Sindku.

Ir-rizultat ta’ l-elezzjoni

Il-Kunsillier Joseph Bajada kiseb hames voti (vot unanimu); Bajada, Bezzina, Camilleri, Debono u Saliba – ‘IVA’.

Ghaldaqstant, is-Sur J. Bajada gie dikjarat elett bhala Vici Sindku taz-Zebbug.  Is-Sur Bajada accetta l-kariga ta’ Vici Sindku.

Is-Sur Camilleri kkonkluda billi awgura kull success lis-Sinjuri Carmelo Saliba u Joseph Bajada ghall-kariga l-gdida taghhom ta’ Sindku u Vici Sindku rispettivament waqt li rringrazzja lis-Sur Debono li tul iz-zewg legislaturi li kien Sindku, hu dejjem hadem bhala ‘team’ wiehed u awgura lill-Kunsillier il-gdid Emanuel Bezzina hidma fejjieda fi hdan il-Kunsill Lokali Zebbug.

Is-Sindku s-Sur Carmelo Saliba rringrazzja lill-Kunsillieri tal-vot taghhom u wieghed li se jidhol ghal din il-kariga gdida b’ lealta`; lealta` ghall-kariga li se jkun qieghed igorr u lejn il-kollegi Kunsillieri.

Il-Vici Sindku s-Sur Joe Bajada wkoll irringrazzja lill-Kunsillieri tal-vot taghhom u awgura li ssir hidma kollettiva.  Bajada zied ighid li ahna lkoll servituri tal-poplu u rridu naghtu rendikont tal-fiducja li tana l-poplu.  Il-Vici Sindku rringrazzja lis-Sur H. Debono ghat-‘term’ tieghu u ta merhba lill-Kunsillier il-gdid Emanuel Bezzina.

Il-laqgha ntemmet fil-5.15 ta’ fil-ghaxija.  Il-Kunsill Lokali ftiehem li laqgha ohra tinzamm nhar it-Tlieta, 13 ta’ Lulju 2004 fl-4.30 ta’ fil-ghaxija.

Carmelo Saliba                                                             Diane Vella

Sindku                                                                           Segretarja Ezekuttiva