STQARRIJA GHALL-ISTAMPA

ICCELEBRAT JUM IZ-ZEBBUG

FIZ-ZEBBUG GHAWDEX

L-Erbgha t-28 ta’ April, il-Kunsill Lokali taz-Zebbug - Ghawdex iccelebra Jum il-Lokalita’ b’ cerimonja ta’ Tifkira fi Pjazza l-Assunta, fiz-Zebbug.  F’ din ic-cerimonja li kienet immexxija mill-prezentatur Joe Vella, sar diskors ta’ merhba mid-Deputat Sindku s-Sur Joe Bajada u sar diskors tal-okkazjoni mis-Sindku s-Sur Carmelo Saliba.  Waqt din ic-cerimonja, kien iffirmat Patt ta’ Hbiberija bejn il-lokalita’ taz-zebbug - Ghawdex u l-lokalita’ tal-Imqabba mis-Sindki s-Sur Carmelo Saliba u s-Sindku s-Sur Noel Galea u mid-Deputati Sindki s-Sur Joe Bajada u s-Sur Charles Farrugia ghaz-zewg lokalitajiet.  Dan il-Patt ghandu jzid id-disponibilita’ bejn iz-zewg lokalitajiet waqt li ghandu jfisser ukoll partecipazzjoni wiesa’ tac-cittadini rispettivi fiz-zewg lokalitajiet.  Fl-istess cerimonja, gie moghti l-Premju ‘Gieh iz-Zebbug’ lis-Sur Anthony Farrugia ghal hidma tieghu b’ risq il-parrocca taz-Zebbug.  Is-Sur Joseph Sacco ghamel prezentazzjoni mill-aktar interessanti dwar il-memorji ta’ tfulitu fiz-Zebbug.  Gew ipprezentati wkoll tifkiriet lir-rebbieha tad-diversi kompetizzjonijiet sportivi.  Gadet sehem il-Banda Santa Marija taz-Zebbug taht id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Grech.

Matul il-weekend ta’ bejn it-23 u l-25 ta’ April, ghat-tieni sena konsekuttiva ttella’ l-programm ‘Ilwien ir-Rebbieg]a’ bil-parte`ipazzjoni ta’ diversi kantanti u talenti lokali ohra.  Bhala parti minn dan il-weekend ta’ attivitajiet, ittella’ spettaklu ta’ loghob tan-nar tal-art mill-Virtut Factory Fireworks, mill-Ghaqda tan-Nar Santa Marija u mill-Kmamar tan-Nar tal-Imqabba.  Dan il-weekend ta’ attivitajiet ittella’ bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghall-Kunsilli Lokali.

Gew organizzata wkoll diversi attivitajiet ohra biex jikkommemoraw Jum iz-Zebbug.  Saru diversi kompetizzjonijiet sportivi fosthom tal-bocci, tlielaq bir-roti u tal-pool.  Kienet organizzata wkoll harga ghall-anzjani tal-lokalita’.  Fl-istess attivitajiet saret tahdita dwar il-memorja ta’ l-erba’ vittmi tal-gwerra miz-Zebbug mis-Sur Charles Bezzina u tberik tal-pets mill-Kan. Dun Reuben Micallef, l-Arcipriet tal-parrocca.  Saru quddies ta’ ringrazzjament koncelebrata fis-Santwarju Parrokkjali Arcipretali u Matrici ta’ Santa Marija Assunta Zebbug u fil-Knisja ta’ San Pawl fil-komunita’ ta’ Marsalforn.

 

CLICK HERE TO WATCH >>>

 

FRIDAY

CLICK HERE FOR MORE PHOTOS

 

 

Saraurday  Tlielaq tar Roti

CLICK HERE FOR MORE PHOTOS

 

 

SATARDAY

CLICK HERE FOR MORE PHOTOS

 

 

sunday

CLICK HERE FOR MORE PHOTOS

 

 

MONDAY

CLICK HERE FOR MORE PHOTOS

 

 

TUESDAY

CLICK HERE FOR MORE PHOTOS

 

 

Wednesday

CLICK HERE FOR MORE PHOTOS