JUM IZ-ZEBBUG 2009
Fr. Louis Mallia MSSP jinghata l-Premju Gieh iz-Zebbug ghas-Sena 2009
Nhar it-Tlieta 28 ta’ April 2009, il-Kunsill Lokali taz-Zebbug, Ghawdex organizza diversi attivijiet biex jfakkar Jum il-Lokalita’ tieghu, bil-qofol ikun l-unur li jinghata lil min ikun ghamel gieh lil lokalita’. Din is-sena 2009, l-unur ta’ ‘Gieh iz-Zebbug’ inghata lil Fr. Louis Mallia MSSP. Fr. Louis li twieled fil-31 ta’ Lulju 1963 fiz-Zebbug, attwalment huwa l-Provincjal Regjonali ghal Malta tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, kif ukoll il-President tal-Konferenza tas-Superjuri Magguri tar-Religjuzi. Matul din is-sena huwa jiccelebra l-ghoxrin anniversarju mill-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu.
Fis-serata principali li biha gew fi tmiem taghhom dawn ic-celebrazzjonijiet, sar diskors tal-okkazjoni mis-Sindku Carmelo Saliba. Matul il-programm hadet sehem is-Socjeta Filarmonika tal-lokal, Santa Marija taht id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Grech. Is-Sur Emmanuel Galea mbaghad tkellem dwar tfulitu fir-rahal taz-Zebbug.
Din is-serata li tmexxiet mill-Vici-Sindku Joe Bajada, hadu sehem ukoll iz-zewg korijiet tar-rahal Regina Angelorum u Santa Marija. Dawn iz-zewg korijiet ghal dawn l-attivitajiet nghataw dehra gdida f’dik li hija uniformi fejn kien hemm ukoll id-debutt ta’ diversi tfal mal-Kor Regina Angelorum.
Saru quddies ta’ ringrazzjament fis-Santwarju Arcipretali u Matrici ta’ Santa Marija taz-Zebbug u anke f’dik ta’ San Pawl f’Marsalforn fejn hawn itellghet serata muzika/kulturali bis-sehem tal-Kor Unda Maris li twaqqqaf ricentament, kif ukoll qari ta’ poeziji u leggendi relatati ma’ Marsalforn li jifforma parti mill-Komunita’ taz-Zebbug. Saret ukoll parata taz-zwiemel u tberik tal-annimali, kif ukoll ghal darb’ohra nghataw tifkiriet lill-anzjani. Saret l-inawgurazzjoni bis-sehem tat-tfal kollha li jattendu l-iskola Primarja taz-Zebbug, tal-Progett fit-tarf tat-Triq tal-Hamra li tghaqqad liz-Zebbug ma’ Marsalforn u l-Qbajjar. Hawn sar it-twessieq tat-toroq, kisi ta’ tarmak, thawwil ta’ sigar taz-zebbug u kxif ta’ plakka komemorattiva mis-Sindku Carmelo Saliba u li tbierket mill-Arcipriet Kan Dun Reuben Micallef.
Fost l-attivitajiet li spikkaw kien hemm ‘Ilwien ir-Rebbiegha’, tliet t’jiem ta’ Spettaklu ta’ Kant, Ghana Tradizzjonali, Sigar u Pjanti, Xorb u Ikel, Loghob tan-Nar tal-art miz-zewg Kmamar tal-Mqabba, Loghob ghat-tfal u tant affarijiet ohra. Gew organizzati wkoll diversi kompetizzjonijiet sportivi f’dawk li huma tlielaq bir-Roti u kompetizzjonijiet tal-Bocci u tal-American Pool. Sar Festival Sportiv imtellgha mill-Kunsill Malti ghall-iSport fl-iskola Mons Gian Andrea Vella taz-Zebbug. Saret tahdita mis-Sur Franco Cefai dwar Personalitajiet mir-rahal Zebbugi, l-Illustrissimu Mons. Frangisk Saliba u l-Kan. Dun Bartolomew Saliba. L-iskop ewlieni ta’ dawn l-attivitajiet kollha fejn minbarra li jinghata gieh lir-rahal taz-Zebbug, kien biex ic-cittadini u l-Ghaqdiet tal-Lokal jippartecipaw u jibbenefikaw minn dawn l-istess attivitajiet.
Is-Sindku Carmelo Saliba u l-Vici Sindku Joe Bajada li kienu assistiti mill-Kunsilliera Joseph Camilleri u Victor Refalo, pprezentaw l-trofej ‘Gieh iz-Zebbug’ lil genituri ta’ Fr. Louis Mallia, Mro. Joseph Mallia u Katerina Mallia peress li Fr. Louis kien jinsab fil-Filippini ghall-Laqgha tal-Provencjali tas-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl. Ghal din l-okkazjoni tal-ghaxar edizzjoni ta’ ‘Gieh iz-Zebbug’, il-Kunsill Lokali li minn dejjem kellu fil-pjanijiet tieghu, haseb biex saret anke trofew artistika skolpita fl-irham lokali unice, f’forma ta’ sigra taz-zebbug li hija marbuta mal-istess rahal. Din it-trofew saret mill-artist Ronald Pisani biex tinzamm mir-rebbieh ghal sena, filwaqt li s-solita tifkira maghmula wkoll mill-irham unice ser tibqa tinghata ghal dejjem.
Il-Kunsill Lokali jixtieq jiehu l-okkazjoni biex jirringrazzja lil kulhadd ghas-sehem tieghu.
Fr. Louis Mallia MSSP
Fost is-sacerdoti Zebbugin, ta’ minn isemmi lil Fr. Louis Mallia, Sacerdot Zebbugi fi hdan is-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl.
Fr. Louis, jew ahjar kif l-iktar li nafu ahna z-Zebbugin, bhala Fr. Gigi, huwa sacerdot zaghzugh mimli energija u talent. Iben Mro. Guzeppi Mallia u Katerina nee Vella, hu twieled fil-31 ta’ Lulju 1963. Sa minn meta kien ghadu zghir, huwa wera l-inklinazzjoni tieghu ghas-sacerdozju. Fil-fatt meta waslu fostna fiz-Zebbug il-patrijiet tas-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl, huwa ma damx wisq sa meta beda jiffrekkwenta b’mod regolari d-Dar Stella Maris. Bit-thabbrik tal-partijiet, huwa kien ghamel il-priedka tal-Milied, tradizzjoni li kienet waqfet ghal perjodu ta’ snin mir-rahal taghna Zebbugi.
Ghalkemm Fr. Louis Mallia ma tantx dam fir-rahal taghna, hu kien attiv hafna fil-knisja, fil-Legjun ta’ Marija u f’laqghat ohra li kienu jkunu organizzati. Huwa studja fis-Seminarju ta’ Ghawdex u dam hemm sa meta kellu 16 il-sena. Mbaghad sena wara huwa nghaqqad mas-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl fejn kompla jistudja t-Teologija u l-Filosofija fl-Insern u l-Universita ta’ Malta. Wara li temm il-kors preparatorju tieghu, il-gurnata tant mistennija tal-ewwel quddiesa sollenni tieghu waslet u dan sehh nhar it-13 ta’ Awissu 1989 fil-Knisja Arcipretali u Matrici li taht il-kenn taghha qed nistkennu waqt din s-serata komemorattiva. Ghaldaqtant din is-sena Fr. Gigi jghalaq 20 sena bhala Ministru ta’ Alla.
Immedjatament meta lahaq sacerdot, huwa nghata l-inkarigu li jiehu hsieb ic-Centru Animazzjoni Missjunarja, fejn hadem hafna biex jintbghatu kontejners shah mimlija b’ikel, hwejjeg, medicinali u tant htiegijiet ohra ghal popli inqas ixxurtjati minna, popli mifnija minn faqar li ma jitwemminx. Dan kollu nbaghat u ghadu jinbaghat lil Missjunarji li ghanda l-istess Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl f’diversi partijiet tad-dinja fosthom il-Peru, il-Filippini u l-Pakistan. Huwa ma waqafx hawn. Ha hsieb ukoll li jaggorna maz-zminijiet tal-lum fil-mod kif iwassal l-evangelizzazjoni. Fil-fatt huwa hadem hafna u rnexxielu li jistabilixxi studio televiziv biex b’hekk il-kelma ta’ Alla tkun tista tasal u tinfirex ferm iktar. Waqqaf ic-Centru Animazzjoni Missjunarja Productions International jew ahjar kif jafuh bosta bhala c-CPI. Il-lum huwa xxandar zewg programmi televizivi live fil-gimgha fuq zewg stazjonijiet ewlenin. Dawn il-programmi huma ‘Haddiehor’ u ‘Sejjahtli’.
Huwa wkoll jipproduci frekwentament diversi videos u dvds b’temi religjuzi, bhal l-Evangeli mill-Art Mqaddsa, San Gorg Preca u hafna ohrajn li mpossibbli li nsemmuhom kollha l-lejla.
Tajjeb li nsemmu li ta’ kull sena, Fr. Louis jorganizza l-Maratona ta’ xandir fuq diversi stazzjonijit televizivi bit-tema ‘Ohloq Tbissima’ bl-iskop ewlieni li jingabbru fondi ghad-diversi missjonijiet li ghandha s-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl. Minn zmien ghal zmien, huwa stess imur f’dawn il-postijiet tal-missjoni hdejn shabu l-missjunarji l-ohra tas-Socjeta. Dan jaghmlu biex jara kull progress li jkun sar fid-diversi holqien ta’ progetti li jkunu saru jew qed isiru grazzi ghal generozita u l-ghajnuniet tal-Maltin u l-Ghawdxin. Dawn il-progetti jikkonsistu f’bini ta’ centri, knejjes, kappelli, skejjel, kcejjen pubblici, djar u hafna affarijiet ohra. Hawn huwa jahtaf l-okkazjoni biex jiffilmja dawn il-progetti kollha biex mbaghad jintwerew waqt l-istess Maratona ta’ ‘Ohloq Tbissima’ biex b’hekk kull minn ikun ghin ikun jaf ahjar fejn setghet marret l-ghajnuna tieghu.
Prezentament Fr. Louis huwa l-Provincjal Regjonali ghal Malta tas-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl. Fl-istess waqt l-Arcisqof ta’ Malta, Monsinjur Pawl Cremona ghogbu jahtru bhala President tal-Konferenza tas-Superjuri Magguri tar-Religjuzi ghas-sentejn li gejjin. U ghal ghal dan il-fattur li Fr. Louis sfortunatament ma setax jattendi ghas-serata tal-Premjazzjoni tieghu, ghax fil-fatt kien jinsab il-Filippini ghall-Laqgha tal-Provencjali. Dan is-sacerdot Zebbugi bhalna, jahdem hafna u ghal din il-hidma tieghu bla waqfien, il-Kunsill Lokali qabel unanimament li r-rebbieh tal-10 edizzjoni tal-Premju Gieh iz-Zebbug, ghandu jinghata lil Fr. Louis Mallia MSSP.
Il-Kunsill Lokali jixtieq pubblikament jirringrazzja lil genituri tieghu Guzeppi u Katerina talli accettaw li jkunu huma li jircievu t-trofew f’ismu. Il-Kunsill Lokali rrid irodd hajr ukoll lill-iskultur tant popolari maz-Zebbugin, is-Sur Ronald Pisani ghat-trofej mill-iktar artistika u simbolika li huwa ghamlilna din is-sena, trofej li ser tibda tinzamm ghal sena minn kull minn jirbaha, filwaqt li ser tibqa tinghata tifkira ohra dejjiema lil kull rebbieh. Il-Kunsill Lokali jifrah lil Fr. Louis Mallia MSSP f’din l-okkazjoni tal-Premju Gieh iz-Zebbug, kif ukoll jghidulu Ad Moltos Annos fl-okkazzjoni tal-20 sena mis-sacerdozzju tieghu.