QUDDIESA TA’ RADD IL-HAJR FIS-SANTWARJU ARCIPRETALI U MATRICI TA’ SANTA MARIJA ASSUNTA FIZ-ZEBBUG
Bhal ma sar fis-snin l-imghoddija, kienet ikkoncelebrata quddiesa ta’ ringrazzjament fis-Santwarju Arcipretali u Matrici ta’ Santa Marija taz-Zebbug. Il-koncelebbrazzjoni li ghaliha attendew il-membri tal-Kunsill Lokali tmexxiet mill-Arcipriet Kan Dun Reuben Micallef. Huwa kien assistit minn zewg ex-Arciprieti ohra, Mons Luigi Vella u Kan. Dun Noel Saliba. Maghhom kien hemm Fr. Mark Demanuele MSSP, Superjur tad-Dar Stella Maris, Kan. Dun Carmelo Cini, Dun Anton Dimech, Dun. Geoffrey George Attard, Dun Gorg Vella u Fr Joe Borg MSSP.