IL-KUNSILL LOKALI JINVESTI FL-GHASSA TAL-PULIZIJA TAZ-ZEBBUG


Il-Kunsill Lokali nvesta bil-kbir fl-Ghassa tal-Pulizija tal-lokal taghna. Dan kollu sar wara talba li saret mis-Supretendent stazzjonat f’Ghawdex is-Sur Simon Galea biex il-Kunsill Kokali jghin fil-progett ta’ ristrutturar tal-Ghassa tal-Pulizija fi Pjazza l-Assunta fiz-Zebbug, il-Kunsill Lokali approva b’mod unanimu dan il-progett kollu u dan wara li ivverifika li l-ghajnuna finanzjarja hija koperta mill-ligi fejn seta jsir tali xoghol mill-Kunsill Lokali f’Dipartiment iehor tal-Gvern. Din l-ghajnuna kienet tikkonsisti f’xiri ta’ materjal biex l-ghassa setghet tinghata dehra gdida fejn inbarxu l-hitan kollha u tkahhlu fuq il-fil, kemm minn gewwa, kif ukoll minn barra tal-istess Ghassa. Sar il-brix u sebgha mill-gdid tal-bibien ezistenti u anke t-tabella ta’ fuq barra.

  

Dan ix-xoghol li beda f’Marzu u baqa’ ghaddej sa’ nofs Mejju, kien fdat f’idejn il-kuntistabbli Michael Caruana mghejjun minn ohrajn. Sar l-ghorik tal-madum u anke kienet installata sistema ta’ dawl gdida mill-Kuntistabbli John Grima. U biex jikkumplimenta ma’ dan kollu, l-Kunsill haseb ukoll biex jordna ghamara gdida li saret minn Mario Vella. B’hekk l-ghassa tar-rahal taghna issa nghatat dehra iktar akkoljenti. Il-Kunsill Lokali huma determinat u mhux ser jieqaf hawn, ghax issa huwa mpenjat bis-shih biex anke titranga l-Berga li tinsab biswit l-istess Ghassa tal-Pulizija. Il-Kunsill Lokali jixtieq irodd hajr lil dawk kollha li hadmu f’dan il-progett biex b’hekk din kienet holqa ohra f’katina biex il-Lokalita’ taghna tkompli dejjem tinghata dehra isbah u ahjar.

  

 

 

BOZOZ GODDA

Il-Kunsill Lokali kompla ghaddej bit-twahhil ta’ bozoz godda fejn tinhass il-htiega u li dan ikun jippermetti bir-regolamenti rispettivi. Settijiet ta’ bozoz godda saru fl-iSkola Primarja taz-Zebbug Gian Andrea Vella, kif ukoll mal-kosta bejn il-Qbajjar u x-Xwejni.