JUM iz-Zebbug
VIDEO CLIP 1- VIDEO CLIP 2 - VIDEO CLIP 3 - VIDEO CLIP 4 - VIDEO CLIP 5
Il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex organizza diversi attivijiet biex jfakkar jum il-Lokalita’ tiegħu, bil-qofol ikun l-unur li jingħata lil min ikun għamel ġieh lil Lokalita’. Din is-sena 2008, l-unur ta’ Ġieh iż-Żebbuġ ingħatat lis-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija.
Fl-aħħar jumejn ta’ ċelebrazzjonijiet, il-mistieden speċjali kien l-Eċċellenza Tiegħu Dott. Edward Fenech Adami, President ta’ Malta fejn hawn tħejja programm vast b’iktar attivitajiet. Fost dawn spikkaw il-preżenza tiegħu għat-tberik tal-annimali, laqgħa mal-NGO’s kollha tal-Lokalita’, l-Inawgurazzjoni tal-Festival Sportiv għat-tfal kollha tal-iSkola Primarja Mons. Ġiov. Andrea Vella, festival li ttellgħa mill-Kunsill Malti għall-iSport. Hawn il-Kunsill Lokali offra ikel u ilma lit-tfal kollha, filwaqt li l-Kunsillier Victor Refalo offra anke ġelat lit-tfal. Fl-istess waqt il-President Fenech Adami attenda għal programm li sar apposta biex jkun imfakkar il-50 Anniversarju mill-Ftuħ Uffiċċjali ta’ l-iSkola fejn kixef ukoll lapida kommemorattiva. Huwa kellu wkoll laqgħa mal-membri tal-Kunsill Lokali, kif ukoll attenda għal produzzjoni tal-Għażżiela, tan-Newl, tal-Ġbejniet, kif ukoll tal-Melħ. Żjarat oħra saru lil Knisja Arċipretali taż-Żebbuġ, dik ta’ San Pawl f’Marsalforn, kif ukoll il-Presepju ta’ Bastjan. Waqt li l-President kien Marsalforn, akkumpanjat mis-Sindku Carmelo Saliba, huwa ttieħed għal mixja mal-port fejn hawn ukoll iltaqgħa ma’ xi sajjieda.
Fis-serata prinċipali li biha ġew fi tmiem tagħhom dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ħadet sehem is-Soċjeta` Filarmonika tal-lokal, Santa Marija. Saru wkoll diskorsi mill-Viċi Sindku Joe Bajada, mis-Segretarju Parlamentari Dott. Chris Said, mill-Ministru għal Għawdex Ġiovanna Debono, mis-Sindku Carmelo Saliba, kif ukoll mill-Eċċellenza Tieghu Dott. Edward Fenech Adami, President ta’ Malta. Is-Sur Anton Cassar tkellem dwar ‘Iż-Żebbuġ, Memorja ta’ Tfuliti’. Is-Sindku Carmelo Saliba, flimkien mal-Viċi Sindku Joe Bajada u l-Kunsilliera Harry Debono u Victor Refalo għamlu l-preżentazzjonijiet lir-rebbieħa tad-diversi kompetizzjonijiet sportivi li saru. L-iskop ewlieni ta’ dawn l-attivitajiet kollha kien li minbarra li jingħata ġieh lir-raħal taż-Żebbuġ, kien biex iċ-ċittadini jipparteċipaw bi ħġarhom f’dawn l-istess attivitajiet. Din is-serata li tmexxiet mill-Viċi-Sindku Joe Bajada, li wkoll qara l-profil fuq is-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija, ħadu sehem iż-żewġ korijiet tar-raħal Reġina Angelorum u Santa Marija.
Premju Gieh iz-Zebbug 2008

Is-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija tingħata l-Premju Ġieh iż-Żebbug 2008
Fi tmiem din is-serata, l-Eċċellenza Tiegħu Dott. Edward Fenech Adami, President ta’ Malta flimkien mas-Sindku Carmelo Saliba u l-membri l-oħra tal-istess Kunsill Lokali ppreżenta l-Premju Ġieh iż-Żebbuġ lis-Sur George Cefai, President tas-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija li kien assistit mill-membri kollha tal-Kumitat Eżekuttiv tal-istess Soċjeta`.
Quddiesa ta’ Ringrazzjament fil-Knisja Parrokjali.
Quddiesa ghall-erwieh tal-mejtiN ŻEBBUGIN FIC-CIMITERJU TAR-RAHAL
Fost l-attivitajiet li saru biex jfakkar jum il-Lokalita’, ġew organizzati diversi kompetizjonijiet sportivi tal-Windsurfing, tlielaq bir-Roti u kompetizjonijiet tal-Boċċi u tal-American Pool. Saret taħdita dwar Personalita` mir-raħal Żebbuġi u din saret mis-Sur Victor Vella Muscat dwar l-iMgħallem tal-Bennejja, Vitor Vella. Saret Quddiesa għall-Erwieħ tal-Mejtin Żebbuġin fiċ-Ċimiterju tar-raħal u Quddiesa oħra ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokjali. Dawn iż-żewġ Quddisiet tmexxew mill-Arċipriet taż-Żebbuġ, il-Kan. Dun Reuben Micallef. Saret ukoll parata taż-żwiemel u tberik tal-annimali, kif ukoll għal darb’oħra ngħataw tifkiriet lill-anzjani.

It-Tahdita dwar Personalita` mir-rahal Zebbugi li saret mis-SUR VICTOR VELLA MUSCAT fuq L-IMGHALLEM TAL-BENNEJjA VITOR VELLA


LAQGHA MAL-NGO’S
FESTIVAL SPORTIV FL-ISKOLA PRIMARJA MILL-KMS
50 ANNIVERSARJU MILL-FTUH UFFICCJALI TAL-ISKOLA PRIMARJA GIAN ANDREA VELLA

PRANZU UFFICCJALI TAL-E.T. DOTT FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA FL-SMUGGLERS CAVE RESTAURANT



LAQGHA TAL-E.T. DOTT FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA MAL-KUNSILL LOKALI
ZJARA TAL-E.T. DOTT FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA LIL PRODUZZJONI TAL-GHAZZIELA
ZJARA TAL-E.T. DOTT FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA LIL PRODUZZJONI TAL-GBEJNIET
ZJARA TAL-E.T. DOTT FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA LIL PRODUZZJONI TAL-MELH
ZJARA TAL-E.T. DOTT FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA LIL PRODUZZJONI TAL-NEWL
ZJARA TAL-E.T. DOTT FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA LIS-SAJJIEDA F’MARSALFORN

Parata taz-Zwiemel u Tberik tal-Annimali
Kompetizzjonijiet Sportivi tal-Bocci



Kompetizzjonijiet Sportivi tal-Windsurfing



Kompetizzjonijiet Sportivi tal-AMERICAN POOL


Kompetizzjonijiet Sportivi tat-Tlielaq bir-Roti

Żjarat oħra saru lil Knisja Arċipretali taż-Żebbuġ, dik ta’ San Pawl f’Marsalforn, kif ukoll il-Presepju ta’ Bastjan. Waqt li l-President kien Marsalforn, akkumpanjat mis-Sindku Carmelo Saliba, huwa ttieħed għal mixja mal-port fejn hawn ukoll iltaqgħa ma’ xi sajjieda.