TWESSIEH U RRANGAR TA’ TOROQ


Matul dawn l-ahhar snin ukoll, il-Kunsill Lokali taz-Zebbug kompla bl-irrangar ta’ iktar toroq li nghataw il-konkos u anke sar twessieh f’uhud minnhom. Fost dawn it-toroq li nghataw dehra ohra nsibu parti mit-toroq ta’ Ghajn Mhelhel, tal-Hamra u Wied l-Infern. Dawn il-progetti kienu jinkludu t-twessieh taghhom, kisi bit-tarmak u anke bil-konkos, bini ta’ hitan tas-sejjieh, kif ukoll bini ta’ ampromorti.