LAQGHAT TA’ SKAMBJI
MAL-KUNSILL LOKALI TA’ MQABBA
F’dawn l-ahhar xhur saru diversi skambji ta’ korrispondenza b’idejat, kif ukoll laqghat bejn il-Kunsill Lokali taz-Zebbug, Ghawdex mal-Kunsill Lokali ta’ Mqabba. Delegazzjoni miz-zewg nahat tal-Amministrazzjoni tal-Kunsill Lokali kellhom visti ta’ skambji fil-bini taz-zewg Kunsilli rispettivi. Fl-ewwel laqgha li nzammet nhar il-Hamis 29 ta’ Jannar 2009 fil-Kunsill Lokali taz-Zebbug li ghaliha kienu prezenti minn naha tal-Kunsill Lokali taz-Zebbug, is-Sindku Carmelo Saliba, l-Vici Sindku Joe Bajada u l-Kunsilliera Joseph Camilleri u Victor Refalo flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva Dianne Tagliaferro. Minn naha tal-Kunsill Lokali ta’ Mqabba kienu prezenti s-Sindku Noel Galea, l-Vici Sindku Charlie Farrugia u l-Kunsillier Paul Spiteri flimkien mas-Segretarju Ezekuttiv Anthony Bonello.







Fil-messagg li ghamel is-Sindku Carmelo Saliba qal li dan il-hsieb ta’ skambi bejn iz-zewg Kunsilli Lokali huwa mmirat biex ikun hemm partecipazzjoni rispettiva mic-cittadini u l-ghaqdiet taz-zewg lokalitajiet b’mod partikolari fil-festi rispettivi. Dan il-hsieb intlaqa tajjeb minn naha tas-Sindku tal-Mqabba Noel Galea fejn qal li minn dan l-aspett iz-zewg Amministrazzjonijiet jistghu jkomplu jressqu lid-diversi ghaqdiet biex jiskambjaw flimkien mhux biss l-idejat izda anke l-partecipazzjoni rispettivi taghhom. Il-Vici Sindku Chalie Farrugia qal li ser jara x’possibilta hemm li jittella l-placier tas-Socjeta Muzikali Madonna tal-Gilju minn Malta ghal festa tal-Assunta fiz-Zebbug, Ghawdex. Wara saru bidliet ta’ tifkiriet miz-zewg Sindki.
Iz-zjara riprocettiva minn naha tal-Kunsill Lokali taz-Zebbug fil-Municipju tal-Kunsill Lokali ta’ Mqabba saret nhar il-Hadd 15 ta’ Marzu 2009 fejn ghalija attendew is-Sindku Carmelo Saliba, l-Vici Sindku Joe Bajada u l-Kunsilliera Harry Debono u Victor Refalo flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva Dianne Tagliaferro. Minn naha tal-Kunsill Lokali ta’ Mqabba kienu prezenti s-Sindku Noel Galea, l-Vici Sindku Charlie Farrugia u l-Kunsilliera Paul Spiteri u Grace Marie Mallia flimkien mas-Segretarju Ezekuttiv Anthony Bonello. Wara li regghu saru messaggi ohra tal-okkazzjoni miz-zewg Sindki Noel Galea u Carmelo Saliba, saru zjarat fiz-zewg kazini tal-Baned ta’ Mqabba, dawk tas-Socjeta Muzikali Santa Marija/Banda Re Gorg V u lis-Socjeta Muzikali Madonna tal-Gilju. Fiz-zewg kazini saru diversi skambji ohra fosthom is-sehem tal-kmamar tan-nar taz-zewg Socjetajiet nhar is-Sibt 25 ta’ April 2009 waqt l-attivitajiet li ser jittellghu fil-Pjazza l-Assunta z-Zebbug waqt ic-celebrazzjonijiet l-Ilwien fir-Rebbiegha fl-okkazjoni biex ikun mfakkar Jum il-Lokalita’.
Dawn il-laqghat kollha kienu tant amikevoli u mimlija rieda qawwija b’tant skambji ta’ idejat iffukkati fuq partecipazzjoni reciproka, li jawgura bosta beneficcji ghac-cittadini u l-ghaqdiet taz-zewg lokalitajiet’.
