INAWGURAZZJONI TAL-PROGETT TA’ TISBIH FIL-BAJJA TA’ MARSALFORN


Il-bajja ta’ Marsalforn li hija ferm imfittxija mhux biss mill-Għawdxin li għandhom villeġġjatura imma anke ma' eluf ta' Maltin li kull sajf jaqsmu lejn Għawdex għall-vakanzi tagħhom, kif ukoll mit-turisti li jżuru lil gzira Ghawdxija inghatat dehra iktar isbah bi progett li wettaq il-Kunsill Lokali b’investiment ta’ Lm60,000. Dan kien possibli wkoll ghal ghajnuna moghtija mill-awtorita Maltija tat-Turizmu. Dan il-progett kien inawgurat mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi nhar il-Hadd 24 ta’ Settembru 2006 waqt cerimonja li ttellghet apposta. Dan il-progett jinkludi pavimentar ġdid quddiem diversi ħwienet u stabbilimenti fi Triq il-Port kif ukoll fil-Menqa, kif ukoll sar kisi bit-tarmak ta' Triq il-Port u mad-dawra kollha nbidlet is-sistema tad-dwal tat-triq ma' waħda aktar effiċjenti u moderna. Ix-xogħol kien jinkludi wkoll l-promenade kollu tal-bajja minn naħa sa l-oħra. Dan kien wiehed mill-proġetti ewlenin tal-Kunsill taż-Żebbuġ ghal din is-sena.

 

F'messaġġ ta' l-okkażjoni, l-Prim Ministru Lawrence Gonzi rrijafferma l-importanza tal-Kunsilli Lokali, li uħud minnhom, minkejja ċ-ċokon tagħhom, bħal ma hu l-każ taż-Żebbuġ, qed jirnexxielhom ibiddlu d-dehra tal-lokalitajiet tagħhom. Huwa qal ukoll li bħal ma hu f'dan il-każ partikolari, il-Kunsilli qed iwettqu proġetti li minnhom qed jibbenefika wkoll it-turiżmu. Il-Prim Ministru feraħ lill-Kunsill għal din l-inizjattiva u appella biex kulħadd jagħti sehemu u jibża' għal dan il-proġett, ħalli bħal proġetti oħra, jibqa' jitgawda fit-tul.

 

Minn naħa tiegħu, is-Sindku taż-Żebbuġ Carmelo Saliba semma d-diversi xogħlijiet li saru mill-Kunsill Lokali matul is-snin f'Marsalforn. U tkellem ukoll dwar diversi xogħlijiet oħra li għaddej bihom il-Kunsill tiegħu fir-raħal taż-Żebbuġ b’mod partikolari fiz-zewg toroq li miz-Zebbug iwasslu ghal Marsalforn. Fuq dan il-progett li kien qed jigi nawgurat, Saliba semma kif il-Kunsill kellu jiffaccja diversi problemi li izda dawn b’determinazzjoni kienu ssuperati ghax il-Kunsill kien qed jammira ghal harsien ta’ l-interessi tat-tliet pilastri principali li jirrigwardjaw l-istabilimenti tal-ikel, lis-sajjieda kif ukoll lil dawk kollha li jiffrekwentaw din il-bajja tant popolari.

 

Fil-bidu tal-programm sar diskors ta' merħba mill-Viċi Sindku Joe Bajada fejn  huwa qal kif bit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, f’pajjizna sar pass kbir ‘l quddiem f’kull lokalita’. Dan ghax il-partecipazzjoni tac-cittadini fit-tmexxija kiber l-impenn socjali fil-holqien ta’ hajja u ambjent ahjar ghall-istess nies li jghixu f’kull lokalita’fejn dawn huma r-rejalta tal-hajja taghna ta’ kuljum, b’partecipazzjoni attiva fil-kontinwazzjoni tal-izvilupp ta’ pajjizna. Bajada tenna kif ilkoll flimkien ghandna nibzghu ghal dak li ghandna filwaqt li nipprovaw ilkoll flimkien inkomplu ntejbu dan l-ambjent li nejxu fih.

 

Intant, il-programm li ttella' fl-inawgurazzjoni ta' dan il-proġett kien jinkluda marċ fit-toroq ta' Marsalforn mis-Soċjeta' Filarmonika Santa Marija taż-Żebbuġ, kif ukoll saret serata ta' talent lokali fejn fiha hadu sehem TerryAnn Saliba, Yanica Marie Formosa, Elise Thewma, Godwin Cini u Matthew Cini.

Preżenti kien hemm fost l-oħrajn il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u l-ispeaker Anton Tabone. Fi tmiem l-attivita', il-Prim Ministru kixef lapida kommemorattiva li tbierket mill-Arċipriet taż-Żebbuġ Dun Reuben Micallef.