HARGA GHALL-ANZJANI


   Nhar it-Tnejn 29 ta’ Dicembru 2008, f’temp mill-isbah, il-Kunsill Lokali organizza harga ghall-Anzjani taghna. Madwar 40 persuna telqu permezz tax-xarabank minn Pjazza l-Assunta fiz-Zebbug lejn il-Knisja ta’ Lourdes fl-Mgarr fejn bdejna din il-harga b’quddiesa kkoncelebrata mill-Kan. Kantur Carmelo Cini. Wara l-quddiesa, l-grupp zar il-villagg tal-Milied li kien organizzat go Ghajnsielem.  Minn Ghajnsielem, ilkoll morna naraw il-presepju artisku, xoghol ta’ Tonio Grech fil-MUSEUM tas-Subien tan-Nadur.

 

Minn hemm imbaghad tlaqna ghax-Xaghra fejn hawn ukoll zorna l-presepju artistiku ta’ Victor Agius. Wara dan, l-anzjani ttiehdu ghall-ikla ta’ nofs in-nhar fil-Lukanda Cornucopia fix-Xaghra stess. Kien hawn li anke l-Arcipriet taz-Zebbug, il-Kan. Dun Reuben Micallef nghaqqad mal-grupp. Fi tmiem l-ikla l-Kunsillier Joseph Camilleri ghamel messagg qasir fejn qal li kien xieraq li f’din l-okkazjoni tal-15 l-Anniversarju mill-holqien tal-Kunsilli Lokali li organizzajna ghall-ewwel darba din l-ikla ghall-anzjani taghna.

 

Minn naha tal-Kunsill Lokali kienu prezenti s-Sindku Carmelo Saliba, l-Vici Sindku Joe Bajada u l-istess Joseph Camilleri li huwa l-Kunsillier responsabbli mill-Anzjani tal-Lokalita’ taghna. Hawn l-anzjani kollha wrew l-apprezzament taghhom ghal din l-attivita’ organizzata ghalihom mill-Kunsill Lokali.