Festi CENTINARJI ad unur san pawl f’marsalforn
SENA PAWLINA 28 TA’ GUNJU 2008 – 29 TA’ GUNJU 2009
Is-sena 2009 kienet xi haga specjali ghal-komunita’ ta’ Marsalforn fejn giet iccelebrata bl-aktar solennita’ l-festa ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl fl-okkazjoni tas-Sena Pawlina mnedija mill-Q.T. Papa Benedittu XVI f’Gunju 2008. F’dawn il-festi centinarji fl-okkazjoni ta’ l-elfejn anniversarju mit-Twelid ta’ dan l-Appostlu tal-Gnus, is-Segretarjat Parlamentari ghad-Djalogu u Informazzjoni f’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex, kif ukoll tal-Kunsilli Lokali taz-Zebbug u tax-Xaghra organizzaw b’mod kollettiv Manifestazzjoni Nazzjonali b’tema Pawlina bl-isem ‘Fidi-Arti-Kultura’. Din il-manifestazzjoni kienet inawgurata nhar il-Gimgha li ghaddiet, 23 ta’ Jannar u ntemmet il-Hadd 25 ta’ Jannar 2009.

Il-Gimgha 23 ta’ Jannar 2009
Inawgurazzjoni ufficjalment tal-manifestazzjoni nazzjonali ‘Fidi-Arti-Kultura’ fl-okkazjoni tas-Sena Pawlina organizzata mill-Kumitat tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex. Kuncert Korali fil-Knisja ta’ Marsalforn imtella’ mill-Chorus Urbanus taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. John Galea. Prezenti ghal dan il-kuncert kien hemm il-Ministru ghal Ghawdex l-Hon. Giovanna Debono li wara nawgura wirja fotografika bit-tema Marsalforn matul iz-zminijiet. Kienu esebiti ritratti bil-kortezija ta’ Joe Bajada (Vici Sindku), Harry Debono (Kunsillier), Victor Attard u Joe Zammit. Prezenti ghal dan il-Kuncert kien hemm is-Sindku Carmelo Saliba u l-Vici Sindku Joe Bajada. Fi tmiem tal-funzjoni, il-Kappillan ta’ Marsalforn, il-Kan. Dun Mikiel Borg ipprezenta xbieha ta’ San Pawl lil Ministru Debono, lis-Sindku Saliba u lil Mro. John Galea, Direttur tal-Kor Chorus Urbanus.







Is-Sibt 24 ta’ Jannar 2009
Lejliet is-Solennita’ tal-Konverzjoni ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl
Translazzjoni Solenni tar-Relikwija mmexxija mill-Kan. Dun Reuben Micallef, Arcipriet tal-Parrocca Arcipretali u Matrici ta’ Marija Assunta, Zebbug (Ghawdex). Kant ta’ l-Innu lill-Appostlu Missierna San Pawl

Koncelebrazzjoni Solenni ta’ lejliet il-festa immexxija mill-W.R. Arcipriet Kan. Reuben Micallef flimkien mal-presbiterju parrokkjali tal-Parrocca taz-Zebbug. Animaw ic-celebrazzjoni l-korijiet Santa Maria u Regina Angelorum ta’ l-istess parrocca taht id-direzzjoni tas-Sinjura Maria Cefai u bil-partecipazzjoni tas-Sopran Jacqueline Vella.















Wara li ntemmet il-Quddiesa, kienet irrecitata l-Kurunella lil San Pawl, u wara tkantat l-Antifona u nghatat il-Benedizzjoni Ewkaristika. Ezatt wara saret mixghela fuq il-Qolla s-Safra.
Wara sar Marc brijuz mis-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija taz-Zebbug mat-toroq principali ta’ Marsalforn u wara tesegwixxi programm muzikali fi Triq Mungbell. Dan il-programm muzikali kien taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Grech. Dan il-Kuncert muzikali sar taht il-partocinju tas-Segretarju Parlamentari l-Hon. Dr. Chris Said li huwa wkoll responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Din l-attivita’ kienet sponsorjata mill-Kunsill Lokali taz-Zebbug. Fi tmiem il-kuncert, il-Kappillan ta’ Marsalforn, il-Kan. Dun Mikiel Borg ipprezenta xbieha ta’ San Pawl lis-Serretarju parlamentari Dr. Said u lis-Sur George Cefai, President tas-Socjeta Filarmónica Santa Marija. Prezenti wkoll ghal dan il-Kuncert kien hemm is-Sindku Carmelo Saliba u l-Vici Sindku Joe Bajada.





Il-Hadd 25 ta’ Jannar 2009
Jum is-Solennita’ tal-Konverzjoni ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl.

Fil-ghaxija minkejja t-temp xitwi, l-kominuta riedet akkost ta’ kollox li jsir il-Hrug ta’ l-istatwa artistika u devota ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl mill-Knisja tieghu. Din l-istatwa artistika kienet saret fl-1924 mill-istatwarju Agostino Camilleri Cauchi. Din kienet it-tieni darba li l-istatwa tal-Appostlu Missierna harget processjonalment mill-Knisja ddedikata lilu f’Marsalforn. Is-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra selmet lill-Qaddis bl-innu tieghu u wara hadet sehem fil-Purcissjoni Solenni mat-toroq ta’ Marsalforn. Din kienet Mixja Djocesana ta’ Fidi f’din is-Sena Pawlina. Matul il-purcissjoni ha sehem il-Kapitlu tal-Kolleggjata-Bazilika ta’ Marija Bambina, Xaghra. Mexxa l-Purcissjoni, Mons. Arcipriet Carmelo Refalo, Protonotarju Apostoliku. Sar l-Att ta’ Fidi u l-konsagrazzjoni tal-familji taghna lil dan il-“Missier li nissilna fil-Fidi.” Il-partecipazzjoni tal-Banda Victory tax-Xaghra kienet sponsorjata mill-Kunsill Lokali tax-Xaghra.


Mad-dhul tal-Purcissjoni Solenni fil-Knisja, sari l-Kant ta’ l-Antifona “Sanctae Paole Apostole” u wara saret Koncelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof tad-Djocesi t’Ghawdex, bis-sehem tal-W.R. Kapitlu Kolleggjali tal-Bazilika tax-Xaghra u s-sacerdoti li jaqdu fil-Knisja taghna matul is-sena. Matul din il-koncelebrazzjoni hadet sehem l-orkestra taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Colin Attard bil-partecipazzjoni tas-Sopran Rita Dimech.


Prezenti wkoll ghal dawn l-attivitajiet tal-Hadd fil-ghaxija kien hemm is-Sindku Carmelo Saliba u l-Vici Sindku Joe Bajada, kif ukoll is-Sindku tax-Xaghra Joe Cordina.


Fi tmiem tal-funzjoni, il-Kappillan ta’ Marsalforn, il-Kan. Dun Mikiel Borg ipprezenta iktar xbiehat ta’ San Pawl lil Mons Isqof Mario Grech, lis-Sindku Joe Cordina u lil Banda Victory tax-Xaghra.






